Caffè Moak Luxol jiksbu t-tielet rebħa

Monday, December 14, 2015, 19:55

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 54

Starlites Naxxar 41

(23-3)(14-10)(7-7)(10-21)

Gżira Athleta kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Starlites Naxxar 54-41 wara li kienu diġa rebħu kontra l-istess avversarji fil-logħob tan-Knockout. Athleta kienu mingħajr Maria Debono iżda kellhom lil Sarah Cilia fil-waqt li Starlites kellhom nieqsa lil Kim Pirotta, Stephanie Davies. Athleta ddominaw l-ewwel sessjoni biex wara komplew jikkontrollaw il-partita. Wara li Starlites għamlu l-ewwel punt tal-partita minn Jean Doughty, kien hemm 18 –il punt konsekuttiv minn Athleta. Huma bdew bi three pointer ta’ Antoinette Borg u komplew bil-punti ta’ Leanne Sciberras, Sharon Vella u Denise Said Hollier. Wara basket ta’ Adriana Demanuele għal Starlites, Borg kellha three pointer ieħor u basket għal skor ta’ 23-3. Fit-tieni perjodu Athleta bdew bil-punti ta’ Chantelle Mifsud. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Kristy Galea u Emma Magrin flimkien ma’ trippla ta’ Lindsey Pirotta. Qabel l-intervall Athleta żiedu l-punteġġ tagħhom bil-punti ta’ Kelly Busuttil u Sciberras biex daħlu jistrieħu 37-13 minn fuq.

Fit-tielet taqsima l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat u kien hemm diversi turnovers biex Athleta żammew il-vantaġġ 44-20. Fl-aħħar taqsima Starlites kellhom mument tajjeb meta għamlu run ta’ 12-0 bil-punti ta’ Danielle Agius flimkien ma’ Doughty u Pirotta li kellha t-tieni trippla tagħha. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Vella u Borg qabel ma Starlites għalqu l-partita bit-tielet three pointer ta’ Pirotta biex Athleta ħarġu rebbieħa 54-41.

Gżira Athleta: K. Busuttil 7, S. Pisani 6, L. Sciberras 6, S. Cilia, D. Said Hollier 4, A. Borg 12, R. Sciberras, S. Vella 17, E. Pace, C. Mifsud 2.

Starlites Naxxar: D. Agius 5, K. Galea 5, J. Doughty 9, S. Tabone 1, A. Demanuele 2, L. Pirotta 16, E. Magrin 2, K. Borg.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani.

Floriana 20

Hibs Electrofix 87

(4-23)(10-16)(2-25)(4-22)

Hibs Electrofix ma kellhom l-ebda diffikulta biex jegħlbu lil Floriana 87-20. Floriana qiegħdin isibuha diffiċli speċjalment f’waqtiet meta jibdew jagħmlu diversi turn-overs konsekuttivi. Hibs kellhom nieqsa lil Hannah Al Tumi fil-waqt li Floriana rkupraw lil Francesca Camilleri. Fl-ewwel minuta kien hemm basket fuq kull naħa imma mbagħad Hibs għamlu run qawwija ta’ 21-2 run b’diversi punti minn Christina Grima li rebħet l-unur tal-BOV player tax-xahar għal Novembru. Elena Cassar, Josephine Grima u Maria Said kellha wkoll il-punti tagħhom f’din is-sessjoni. Fit-tieni perjodu, Hibs għamlu ieħor run oħra ta’ 8-0 bil-punti ta’ Julia Scerri. Floriana kellhom punti minn Martha Gatt u Nicole Hili bil-Hibs itemmu s-sessjoni b’aktar punti minn Scerri għal skor ta’ 39-14.

Fit-tielet taqsima, Hibs kellhom żewġ runs qawwija ta’ 14-0 u 12-0 b’aktar punti mill-koppja Christina u Josephine Grima u kien hemm ukoll il-punti ta’ Nicole Vella u Said. Bejniethom, Floriana sabu l-basket għal darba biss b’żewġ free-throws minn Abigail Sciberras. Fl-aħħar sessjoni Hibs baqgħu għaddejjin bl-istess mod hekk kif kellhom break ieħor ta’ 22-0 inkluż three pointers minn C. Grima u Kim Portainer Mifsud u aktar punti minn J. Grima u Elena Cassar biex rebħu il-logħba 87-20.

Floriana: Y.Agius, L. Pace, N. Arena 2, M. Gatt 10, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, G. Torpiano, E. Falzon, A. Sciberras 4, F. Camilleri, N. Hili 2.

Hibs: J. Scerri 10, E. Cassar 10, N. Vella 6, I. Agius 4, J. Grima 19, M. Said 7, C. Grima 18, K. P. Mifsud 5, N. Mifsud 6, N. Farrugia, K. Caruana 2.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

Caffè Moak Luxol 58

Pavi Depiro 42

(12-6)(16-10)(17-9)(13-17)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tielet rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għat-tielet darba fi spazju ta’ ġimgħa huma rnexxielhom jegħlbu lil Pavi Depiro. Din id-darba huma rebħu bl-iskor ta’ 58-42 bil-coach Charles Bonnici jutiliżża diversi players żgħażagħ tul il-partita. Luxol kellhom nieqsa lil Greta Costa fil-waqt li għada nieqsa l-player Christine Curmi. Depiro kienu mingħajr il-coach Adrian Mifsud.  Il-partita kellha bidu kajman bil-Luxol isibuha diffiċli li jiskurjaw minn barra iżda kellhom lil Joselle Borg Cardona tikseb il-punti minn ġewwa ż-żona għal skor ta’ 12-6 bil-punti ta’ Depiro jaslu minn Gaby Mifsud u Svetlana Micallef. Fit-tieni taqsima Depiro naqqsu d-distakk għal 2 punti meta kellhom aktar baskets minn Micallef u Sam Brincat. Luxol wieġbu b’żewġ trippli minn Sarah Pace flimkien ma’ punti minn Borg Cardona u Steffi De Martino biex daħlu jistrieħu 28-16 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Depiro kellhom il-punti ta’ Claire Ciantar, Maria Bonett u Justine Xuereb fl-ewwel ħinijiet biex naqqsu d-distakk għal disa’ punti 23-32. Luxol wieġbu bi break ieħor ta’ 10-0 b’żewġ three pointers oħra minn Pace. Wara basket ieħor minn Bonett għal Depiro, Luxol komplew bil-punti ta’ Louisa Serge u Sophie Abela biex għalqu s-sessjoni b’vantaġġ ta’ 20 punt 45-25. Fl-aħħar taqsima, Depiro fetħu bi  break ta’ 11-0 bi trippla u baskets ta’ Gaby Mifsud flimkien ma’ żewġ baskets minn Bonett. Luxol reġħu rrispondew bi break ta’ 11-2 inkluż trippla ta’ Nicole Agius u għalqu l-partita bi trippla ta’ Mandi Mercieca biex rebħu l-partita 58-42.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, B. Zammit, N. Agius 5, J. Borg Cardona 14, M. Mercieca 8, S. De Martino 4, L. Serge 2, S. Abela 1, P. Ellul 2, C. Sollami 2, M. Darmanin 3.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 13, S. Brincat 6, M. Bonett 10, C. Camilleri 2, T. Mifsud, P. Montanaro, J. Xuereb 2, S. Micallef 6, C. Ciantar 3.

Referees: Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment