- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol jiksbu rebħa oħra u jersqu viċin it-titlu.

Posted By sportinmalta1 On April 28, 2016 @ 5:34 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat MSV life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 42

Electrofix Hibs 32

(16-9)(10-12)(7-4)(9-7)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tielet rebħa

https://www.facebook.com/elenapacephotography/?fref=nf

fil-finali tal-kampjonat MSV Life kontra Electrofix Hibernians 42-32 biex issa jinsabu rebħa biss ‘l bogħod milli jżommu t-titlu li rebħu fl-aħħar żewġ staġuni. Luxol kellhom wirja mill-aqwa fid-difiża tant li ħallew lil Hibs fuq il-25 punt wara tlett sessjonijiet. Sarah Pace iddefendiet lil Christina Grima tant li llimitatha għal żewġ free-throws biss fi tlett sessjonijiet. Steffi De Martino għal darb’oħra kienet iċ-ċentru tal-attakk ta’ Luxol però kienet wirja kollettiva mill-players ta’ Charles Bonnici. Hibs, wara l-wirja tajba li kellhom fit-tielet partita, għamlu pass lura u issa ma jistgħux jerġgħu jiżolqu biex jerbħu l-kampjonat. Bonnici bidel żewġ players mill-ewwel ħamsa hekk kif bdew Beverlee Zammit u Mandi Mercieca u kienet Zammit li fetħet il-partita bi trippla għal Luxol. Il-punti ta’ Hibs bdew ġejjin bil-mod bejn Maria Said u Josephine Grima però Luxol komplew jirrispondu permezz ta’ Steffi De Martino u Sarah Pace u għalqu t-taqsima bi trippla oħra ta’ Zammit għal skor ta’ 16-9. Fit-tieni perjodu, għal tlett darbiet Hibs waslu sa’ 3 punti minn taħt però qatt ma rnexxielhom inaqqsu aktar id-distakk u basket ta’ Joselle Borg Cardona ra lil Luxol jidħlu jistrieħu 5 minn fuq 26-21.

Wara l-intervall il-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat. Is-sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa minn Iona Agius għall-Hibs u De Martino għal Luxol. Hibs kull ma kisbu kien biss freethrow ieħor mionn Grima fil-waqt li Luxol kellhom il-punti ta’ Pace u De Martino biex kabbru l-vantaġġ 33-25. Luxol fetħu l-aħħar taqsima b’żewġ baskets minn Mercieca u De Martino. Hibs kellhom run ta’ 7-2 bi trippla ta’ Christina Grima però kienu għadhom seba’ punti taħt l-avversarji. Luxol għalqu l-partita bill-freethrows ta’ Pace u Christine Curmi biex rebħu 42-32 u rebħa fit-tlett partiti li fadal tatijhom il-kampjonat.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 8, B. Zammit 8, N. Agius, J. Borg Cardona 4, M. Mercieca 2, S. De Martino 19,  C. Sollami, A. Calleja, P. Ellul, N. Vella, M. Darmanin, C. Curmi 1.

Electrofix Hibs: J. Scerri 1, E. Cassar 3, N. Vella, I. Agius 3, J. Grima 12, M. Said 3, C. Grima 8, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi, G. Costa 2.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Ritratt: Elena Pace: Elena Pace Photography: https://www.facebook.com/elenapacephotography/?fref=nf

Statistika…

Luxol

Free throws – 3 on 6

Baskets – 15 on 36

Three pointers – 3 on 24

Rebounds – 48

Assists – 9

Turnovers – 18

Steals – 9

Fouls Suffered – 10

Fouls Made – 17

Hibs

Free throws – 8 on 17

Baskets – 9 on 29

Three pointers – 2 on 16

Rebounds – 37

Assists – 7

Turnovers – 24

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 10

 

Il-ħames partita: Il-Ħadd 1 ta’ Mejju fit-2:45pm


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-jiksbu-rebha-ohra-u-jersqu-vicin-it-titlu/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.