Caffè Moak Luxol jieħdu t-tieni rebħa

Friday, April 28, 2017, 18:19

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 44

Caffè Moak Luxol 59

(11-13)(14-12)(8-17)(11-17)

Ic-champions Caffe Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa fis-serje finali tal-kampjonat meta għelbu lil Gżira Athleta 59-44. Ir-rebħa mmaturat wara l-intervall fejn wara li ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fuq parita ta’ 25 punt, Luxol iddominaw it-tielet sessjoni. Athleta kellhom lura lil Sharon Vella fil-waqt li Luxol irkupraw lill-Amerikana Attirah Munir li wkoll kellha ħin fil-partita. Luxol fetħu tajjeb bi break ta’ 8-2 maqsum bejn Sarah Pace u Steffi De Martino. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Denise Said Hollier u trippla ta’ Beverlee Zammit biex għal darbtejn marru punt minn fuq. Qabel intemmet is-sessjoni, three pointer ta’ De Martino poġġa lil Luxol fuq quddiem 13-11. Fit-tieni taqsima, Athleta fetħu tajjeb bil-punti ta’ Christina Grima u Amelia Simmons biex marru fuq quddiem 18-15. Luxol ġew lura b’run ta’ 7-0 però trippla ta’ Grima u punti ta’ Leanne Sciberras raw lil Athleta jippareġjaw sal-halftime 25-25.

Fit-tielet sessjoni Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ. Huma bdew bi trippla ta’ Pace u basket ta’ De Martino bl-Athleta jirrispondu bi three pointer ta’ Antoinette Borg. Hawn Luxol kellhom break ta’ 12-3 bi trippla ta’ Paula Ellul u l-punti ta’ Mandi Mercieca, Pace u Christina Curmi. Athleta waqqfuhom b’basket ta’ Simmons però Luxol kienu disa’ punti minn fuq 42-33. Fl-aħħar sessjoni Luxol żammew il-vantaġġ tagħhom hekk kif kellhom il-punti ta’ Munir, De Martino u Ellul b’Simmons u Grima jwieġbu għall-Athleta. Ic-champions komplew b’run ohra ta’ 10-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt 55-38. Hawn Athleta dehru rassenjati u minkejja li naqqsu xi ftit id-distakk, Luxol ikkontrollaw l-isforzi tagħhom biex hadu r-rebħa 59-44. Luxol jonqoshom rebħa mill-aħħar żewġ partiti biex iżommu t-titlu li rebħu għal dawn l-aħħar tlett staġuni.

Gżira Athleta: M. Stefanovic, C. Grima 19, B. Zammit 5, L. Sciberras 6, A. Simmons 9, D. Said Hollier 2, A. Borg 3, J. Schembri, S. Vella, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, M. Mercieca 2, A. Munir 7, I. Baena Medina 2, V. Figo, S. De Martino 19, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 11, L. Caruana Montaldo, C. Curmi 4.

Referees: Gordon Barbara, Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Statistika…

Athleta

Free throws – 2 on 6

Baskets – 15 on 44

Three pointers – 4 on 25

Rebounds – 44

Assists – 9

Turnovers – 12

Steals – 8

Fouls Suffered – 7

Fouls Made – 19

Luxol

Free throws – 12 on 20

Baskets – 19 on 47

Three pointers – 3 on 14

Rebounds – 52

Assists – 11

Turnovers – 11

Steals – 11

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 7

Ir-raba’ partita: Is-Sibt 29 t’April – 14:45

 

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment