Caffè Moak Luxol jieħdu l-ewwel vantaġġ

Tuesday, April 19, 2016, 17:43

Kampjonat MSV life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 42

Caffè Moak Luxol 55

(7-11)(10-12)(13-12)(12-20)

Ic-champions Caffè Moak Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali tal-kampjonat MSV life wara li għelbu lil Electrofix Hibs 55-42. Il-partita kienet bilanċjata għal ħin twil għalkemm Luxol kienu kważi dejjem minn fuq u f’xi waqtiet anke b’vantaġġ sostanzjali. Kien fl-aħħar sessjoni li t-team imexxi minn Charles Bonnici li ħadu l-partita f’idejhom u aċċertaw ruħhom mir-rebħa. Ir-rebħa tal-Luxol tikber fil-mertu tagħha meta kienu mingħajr Mandi Mercieca, Martina Darmanin u Abigail Calleja. Lejn nofs it-tielet taqsima, Hibs tilfu lil Elena Cassar li tkeċċiet minn Zvezdan Dobrosaviljevic f’deċiżjoni li dehret ħarxa wara foul fuq Steffi De Martino. Fil-bidu tal-partita, iż-żewġ timijiet ftit kienu preċiżi fis-shooting tagħhom għalkemm Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Christina Curmi u Steffi De Martino. Għal Hibs kien hemm il-punti ta’ Christina Grima però Luxol temmew l-ewwel sessjoni 11-7 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol kellhom run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Beverlee Zammit biex fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti u għalkemm Hibs kellhom il-baskets ta’ Maria Said u Josephine Grima, Luxol daħlu jistrieħu 23-17 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Hibs għamlu sitt punti konsekuttivi bi trippla ta’ Cassar u ġabu l-iskor indaqs 25-25. Luxol wieġbu b’run ta’ 10-2 wara punti ta’ De Martino u Joselle Cardona waqt li Hibs tilfu lil Cassar u għalqu t-taqsima bi three pointer ta’ Greta Costa. Hibs bdew l-aħħar sessjoni b’żewġ baskets oħra però Luxol baqgħu fuq quddiem bit-trippli ta’ Sarah Pace u De Martino. Trippla ta’ C. Grima ressqet lil Hibs tlett punti taħt l-avversarji però dawn kienu l-aħħar punti tagħhom. Minn hemm ‘l quddiem kienu Luxol biss li għamlu l-punti f’run ta’ 10-0 bi trippla oħra ta’ Zammit u l-punti ta’ De Martino u Curmi biex rebħu l-partita 55-42.

Electrofix Hibs: J. Scerri, E. Cassar 5, N. Vella, I. Agius, J. Grima 9, M. Said 7, C. Grima 18, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi, N. Farrugia, G. Costa 3.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, B. Zammit 6, N. Agius, J. Borg Cardona 5, S. De Martino 19,  C. Sollami, P. Ellul 5, N. Vella, C. Curmi 6.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Statistika…

Hibs

Free throws – 4 on 10

Baskets – 13 on 35

Three pointers – 4 on 16

Rebounds – 37

Assists – 8

Turnovers – 26

Steals – 7

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 23

Luxol

Free throws – 19 on 29

Baskets – 12 on 38

Three pointers – 4 on 22

Rebounds – 47

Assists – 8

Turnovers – 16

Steals – 16

Fouls Suffered – 23

Fouls Made – 16

 

It-tieni partita: L-Erbgħa 20 ta’ April fis-7:00pm





Leave a comment