Caffè Moak Luxol jieħdu l-ewwel vantaġġ

Sunday, April 23, 2017, 13:00

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 46

Caffè Moak Luxol 53

(9-13)(10-16)(12-16)(15-8)

Ic-champions Caffè Moak Luxol fetħu l-finali tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa b’rebħa fuq Gżira Athleta 53-46. Luxol kellhom nieqsa lill-Amerikana Attirah Munir però l-attakk tagħhom kien immexxi mill-aqwa minn Steffi De Martino. Santino Coppa ibbażża sew il-partita tiegħu fuq id-difiża fejn Paula Ellul għamlet xogħol mill-aqwa fuq Christina Grima kif ukoll għal ħin twil kien hemm id-difiża ta’ Christina Curmi fuq Amelia Simmons għalkemm l-Amerikana tal-Athleta rnexxielha tispiċċa b’nofs il-punti tat-team tagħha. Kienu Luxol li fetħu bl-ewwel disa’ punti tal-partita b’sebgħa minnhom jaslu minn De Martino li kellha wkoll trippla. Athleta bdew jirrispondu u kellhom run ta’ 7-0 minn Simmons u Grima però punti ta’ Sarah Pace ħallew lil Luxol fuq quddiem 13-9. Luxol fetħu t-tieni perjodu bi trippa oħra ta’ De Martino u basket ta’ Curmi biex żiedu l-vantaġġ. Athleta kellhom ir-risposta minn Leanne Sciberras, Simmons u Grima però l-vantaġġ ta’ Luxol baqa’ stabbli. Qabel l-intervall, Luxol żiedu l-vantaġġ b’erba’ punti oħra mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 29-19.

Fit-tielet taqsima r-reazzjoni tal-Athleta ma waslitx anzi kienu Luxol li żiedu l-vantaġġ hekk kif fetħu bi break ta’ 11-2 bi tlett three pointers minn De Martino u Ellul.Wara time-out, Athleta tejjbu l-logħba tagħhom u wieġbu bi break ta’ 10-3 kollhu minn Grima u Simmons però Luxol kienu għadhom 14 minn fuq fi tmiem it-taqsima 45-31. Fl-aħħar sessjoni Athleta, fetħu b’sitt punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Antoinette Borg biex naqqsu d-distakk għal tmien punti. Luxol irrispondew bi tmien punti oħra minn De Martino, Curmi u l-captain Mandi Mercieca. L-aħħar sforz tal-Athleta wassalhom biex jagħmlu disa’ punti mingħajr risposta b’żewġ trippli ta’ Beverlee Zammit u Simmons. Huma naqqsu d-distakk għal 8 punti però ma rnexxielhomx jagħmlu iktar punti biex Luxol rebħu l-partita 53-46.

Gżira Athleta: C. Grima 11, B. Zammit 4, L. Sciberras 4, A. Simmons 23, D. Said Hollier 1, A. Borg 3, J. Schembri, S. Vella, A. Debenay, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, M. Mercieca 8, I. Baena Medina, V. Figo, S. De Martino 27, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 5, L. Caruana Montaldo, C. Curmi 6.

Referees: Emanuel Mangani, Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Statistika…

Athleta

Free throws – 11 on 16

Baskets – 13 on 42

Three pointers – 3 on 18

Rebounds – 40

Assists – 8

Turnovers – 14

Steals – 8

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 14

Luxol

Free throws – 8 on 13

Baskets – 15 on 31

Three pointers – 5 on 21

Rebounds – 39

Assists – 11

Turnovers – 17

Steals – 5

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 16

It-tieni partita: Il-Ħadd 23 t’April – 15:45

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment