Caffè Moak Luxol jibdew il-finali bir-rebħ

Monday, April 13, 2015, 14:30

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 62

Honey Athleta 53

(11-8)(18-14)(18-14)(15-17)

Ic-champions Caffè Moak Luxol bdew is-serje finali tal-kampjonat St. James Hospital b’rebħa fuq Honey Athleta 62-53 biex kisbu s-seba’ rebħa minn daqstant partiti kontrijhom dan l-istaġun. Luxol kellhom bidu tajjeb u kienu minn fuq tul il-partita kollha għalkemm Athleta resqu viċin fl-aħħar taqsima. Luxol kisbu l-ewwel seba’ punti tal-partita b’żewġ baskets ta’ Laekitha Alston u trippla ta’ Beverlee Zammit. Athleta bdew iwieġbu fil-ħames minuta fejn Amelia Simmons u Sammy Jo Barbara kisbu l-ewwel punti tagħhom. Luxol irrospondew b’basket ta’ Steffi De Martino qabel żewġ baskets oħra tal-Athleta bil-Luxol jagħlqu s-sessjoni 3 minn fuq 11-8. Fit-tieni perjodu, Luxol reġħhu żiedu l-vantaġġ wara baskets minn Sarah Pace u Alston. Athleta wieġbu bi break qasir ta’ 6-2 biex naqqsu d-distakk però Pace kellha trippla għal Luxol. Athleta waslu sa’ basket ‘l bogħod wara punti minn Simmons u Emma Moore. Fl-aħħar minuta, Luxol kellhom ħames punti minn De Martino u trippla ta’ Paula Ellul għal skor ta’ 29-22.

Wara l-intervall Luxol reġgħu fetħu tajjeb b’żewġ trippli ta’ Zammit u basket ta’ De Martino u kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt 37-24 fis-sitt minuta. Wara basket ta’ Leanne Sciberras għall-Athleta, kienet De Martino li kompliet iżżid il-vantaġġ tac-champions b’ħames punti oħra. Athleta rkupraw xi ftit meta għamlu run ta’ 7-0 però Pace waqqfithom bi trippla oħra u fi tmiem it-taqsima Luxol kienu għadhom b’vantaġġ b’figuri doppji 47-36. Fl-aħħar taqsima, Athleta bdew bl-ewwel 5 punti biex naqqsu d-distakk. Għal darb’oħra reġgħat kienet De Martino li rrispondiet għal Luxol b’erba’ punti konsekuttivi però Athleta għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Lindsey Pirotta u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 50-53. Fl-aħħar ħinijiet Luxol ikkontrollaw hekk kif żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Alston u De Martino biex rebħu l-partita 62-53 u bdew is-serje finali b’rebħa.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 9, B. Zammit 9, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 20, O.Visser, J. Borg Cardona 4, P. Ellul 4, L. Alston 16, M. Darmanin, C. Curmi.

Honey Athleta: E. Moore 4, L. Pirotta 7, S. Vella, L. Sciberras 4, A. Borg 11, D. Said Hollier 2, A. Simmons 21, R. Sciberras, S.J. Barbara 4, C. Mifsud.

Referees: Gordon Barbara, Teemu Helenius, Brian Sly.

Statistika…

Luxol

Free throws – 13 on 20

Baskets – 14 on 47

Three pointers – 7 on 16

Rebounds – 40

Assists – 6

Turnovers – 8

Steals – 9

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 17

Athleta

Free throws – 6 on 16

Baskets – 22 on 51

Three pointers – 1 on 10

Rebounds – 46

Assists – 5

Turnovers – 18

Steals – 6

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 12





Leave a comment