Caffè Moak Luxol jerbħu t-tielet partita u jaslu sal-finali

Friday, April 14, 2017, 14:12

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Starlites 36

Caffè Moak Luxol 52

(13-13)(14-13)(5-13)(4-13)

Caffè Moak Luxol ħallew l-aqwa tagħhom għal wara l-mistrieħ

Ritratt: Wally Galea

biex kisbu t-tielet rebħa kontra Starlites u ħadu posthom fil-finali. Il-ħolma ta’ Starlites intemmet f’din il-partita però bla dubju li dan kien l-aqwa staġun tagħhom mal-kbar u b’diversi żgħażagħ promettenti, l-futur għandu jkun sodisdaċenti għalijhom. Ir-rebħa ta’ Luxol waslet minn idejn Steffi De Martino li għamlet nofs il-punti tagħhom flimkien ma’ Sarah Pace hekk kif kmieni fit-tieni sessjoni tilfu b’injury lill-Amerikana Attirah Munir b’injury. Luxol kellhom bidu qawwi b’run ta’ 11-3 bi trippla ta’ De Martino. Ir-risposta ta’ Starlites waslet bi break ta’ 10-2 b’punti ta’ Patricia Arguello u Kim Pirotta biex ippareġjaw 13-13. Fit-tieni perjodu Luxol fetħu b’żewġ three pointers minn Pace u De Martino. Starlites kellhom il-punti ta’ Josephine Grima u trippla ta’ Arguello però Pace ukoll kellha three pointer għal Luxol biex fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 26-22. Starlites ma waqfux u kienu huma li għamlu l-aħħar ħames punti tas-sessjoni minn Stephanie Davies, Grima u Jaelle Micallef biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 27-26.

Fit-tielet perjodu, wara bidu bilanċjat, Luxol ħadu kontroll tal-partita. Pace u De Martino poġġew lil Luxol fuq quddiem però basket ta’ Davies u trippla ta’ Jean Doughty taw l-aħħar vantaġġ lil Starlites 32-20. Hawn Luxol kellhom disa’ punti mingħajr risposta minn De Martino, Pace u Mandi Mercieca biex fetħu distakk ta’ seba’ punti 39-32 fi tmiem il-perjodu. Luxol komplew bl-istess ritmu fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni meta għamlu run oħra ta’ 9-0 u kabbru l-vantaġġ għal 16 –il punt. Hawn waslu l-uniċi żewġ baskets ta’ Starlites li kienu qiegħdin jilgħabu mingħajr Arguello però kienu għadhom ‘l bogħod wisq mill-avversarji. Luxol għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’ De Martino u Ina Baena Medina biex ħarġu rebbieħa 52-36 u issa jiltaqgħu kontra Gżira Athleta fil-finali.

Starlites: K. Galea, J. Doughty 3, D. Revol, K. Pirotta 6, J. Micallef 6, J. Grima 7, P. Arguello 10, E. Magrin, S. Davies 4, A. Lupo.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, M. Mercieca 3, A. Munir 6, I. Baena Medina 2, S. De Martino 25, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia, Brian Sly.

Programm tal-finali:

Il-Ħamis 20 t’April: 19:30: Gżira Athleta vs Caffè Moak Luxol

Il-Ħadd 23 t’April: 14:45:  Caffè Moak Luxol vs Gżira Athleta

Il-Ħamis 27 t’April: 19:30: Gżira Athleta vs Caffè Moak Luxol

Is-Sibt 29 t’April: 14:45:  Caffè Moak Luxol vs Gżira Athleta

It-Tnejn l-1 ta’ Mejju: 14:45: Gżira Athleta vs Caffè Moak Luxol

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment