- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol jerbħu s-St. James Hospital Shield

Posted By sportinmalta1 On November 10, 2014 @ 8:16 pm In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA – FINALI

minn Colin Schembri

Pavi Depiro u Caffè Moak Luxol ikkontestaw il-finali tas-St. James Hospital Shield. Luxol kisbu l-kwalifikazzjoni wara jumjen qabel għelbu lil Hibs 67-50 f’partita kumbattuta. Laekitha Alston kienet il-protagonista ta’ Luxol bi 28 punt  li sal-intervall kienu 13 –il punt minn fuq 33-20. Hibs bdew jirkupraw fit-tielet sessjoni fejnkellhom ukoll run ta’ 11-2 biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 44-41. Hibs irnexxielhom jieħdu l-vantaġġ għal darbtejn fir-raba’ sessjoni però Luxol kellhom run ta’ 8-0 biex saħħew il-vantaġġġ però Hibs setgħu isalvaw il-partita fl-aħħar attakk iżda t-three pointer ta’ Christina Grima ma daħalx biex Luxol rebħu l-partita 60-57.

FINALI

Pavi Depiro 53

 

Caffè Moak Luxol 79

(11-23)(13-16)(14-18)(15-22)

Ic-champions Caffè Moak Luxol rebħu s-St. James Hospital Shield għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom u t-tieni unur tal-istaġun. Luxol kellhom bidu qawwi fil-partita biex setgħu jikkontrollaw il-partita bi Steffi De Martino u Laekitha Alston jispikkaw. Għal Depiro l-Amerikana Siarre Evans tħabtet però ftit kienet mgħejjuna minn sħabha li fl-attakk kellhom partita kwieta. Luxol bdew bil-punti ta’ De Martino u Alston u Joselle Borg Cardona u fir-raba’ minuta kienu diġa 15-2 minn fuq. Depiro kellhom baskets minn Evnas u Gaby Mifsud iżda Luxol kellhom it-three pointers minn De Martino u Sarah Pace u basket minn Beverlee Zammit. Depiro għamlu l-aħħar punti tas-sessjoni minn Evans u Samantha Brincat biex Luxol temmewha 23-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Luxol kellhom iktar trippli saħansitra minn Alston flimkien ma’ Pace biex komplew ikabbru l-vantaġġ. Depiro kellhom risposta minn Svetlana Micallef u trippla ta’ Nicole Agius qabel ma Luxol kellhom trippla oħra minn Pace u punti ta Zammit biex fl-intervall kienu 39-24 minn fuq.

It-tielet taqsima bdiet bi trippla ta’ De Martino b’Maria Bonett u Evans jagħmlu l-punti għal Depiro. Wara trippla oħra ta’ Alston għal Luxol, Depiro kellhom mument tajjeb bi break ta’ 7-0 kollhu minn Evans biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 36-46. Sandro Farrugia għajat time-out u Luxol irkupraw bi break ta’ 8-0 biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt 57-38. L-aħħar perjodu kien iżjed bilanċjat b’De Martino tkompli tikseb il-punti ta’ Luxol fosthom trippla fis-seba’ minuta.  Wara punti ta’ Evans u Mifsud għal Depiro, Zammit għamlet trippla flimkien ma’ basket minn Christine Curmi biex Luxol rebħu l-partita 79-53. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Steffi De Martino.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 8, S. Brincat 7, M. Bonett 4, N. Agius 3, M. Mifsud, S. Evans 31, S. Micallef, C. Ciantar.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, B. Zammit 10, M. Caruana, I. Medina, S. Tabone,  S. De Martino 26, K. Portelli, J. Borg Cardona 4, P. Ellul 4, L. Alston 22, M. Darmanin, C. Curmi 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-jerbhu-s-st-james-hospital-shield/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.