Caffè Moak Luxol jerbħu l-ewwel konfront dirett

Tuesday, November 24, 2015, 19:09

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 52

Gżira Athleta 56

(8-12)(20-13)(6-19)(18-12)

Gżira Athleta rkupraw mill-prestazzjoni tal-ġimgħa li għaddiet kontra Hibs u kisbu rebħa tajba kontra Pavi Depiro 56-52. Athleta li kellhom nieqsa lil Kelly Busuttil marru fuq quddiem fil-bidu tal-logħba bi break ta’ 10-0 bil-players kollha jniżżlu isimhom fost l-iskorers. Depiro li rkupraw lil Maria Bonett u Andrea Mifsud kellhom il-punti minn Svetlana Micallef u Sam Brincat iżda kienu Athleta li għalqu s-sessjoni fuq quddiem 12-8 wara punti minn Chantelle Mifsud. Punti minn free-throws żammew lil Athleta fuq quddiem fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu. Gaby Mifsud kellha trippla għal Depiro iżda Athleta kellhom punti minn Sharon Vella u Stephanie Pisani. Kien hemm trippla minn Brincat għal Depiro biex ġabu l-iskor indaqs 22-22 u Depiro komplew b’punti minn Justine Xuereb u Micallef biex fetħu vantaġġ ta’ 3 fl-intervall 28-25.

Fit-tielet taqsima, Athleta ħasdu lil Depiro bi break ta’ 13-3 b’aktar punti minn Vella flimkien ma’ Antoinette Borg u Denise Said Hollier. Depiro kellhom il-punti minn Xuereb iżda Borg wieġbet bi trippla għal Athleta kif dawn fetħu vantaġġ ta’ 10 punti għall-aħħar sessjoni 44-34. Ir-reazzjoni ta’ Depiro kienet immedjata fil-bidu tal-aħħar perjodu bi break ta’ 9-1 bit-tieni trippla ta’ Mifsud. Wara time-out għal Athleta, Borg kisbet it-tieni trippla tagħha iżda Depiro kienu għadhom viċin u għal darbtejn huma rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 2 punti. Hawn waslet trippla kruċjali ta’ Said Hollier li poġġiet lil Athleta hamsa minn fuq u huma rnexxielhom iżommhu l-vantaġġ sat-tmiem.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 6, S. Brincat 8, M. Bonett 12, C. Camilleri 3, T. Mifsud, P. Montanaro, J. Xuereb 8, S. Micallef 14, C. Ciantar 1.

Gżira Athleta: M. Debono, S. Pisani 4, L. Sciberras 4, D. Said Hollier 10, A. Borg 11, R. Sciberras 1, S. Vella 14, E. Pace 2, C. Mifsud 7.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani.

Floriana 33

Starlites Naxxar 42

(10-8)(8-14)(6-11)(9-9)

Starlites Naxxar kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Floriana 42-33. Abigial Sciberras irritornat għal Floriana fil-waqt li Starlites kellhom lura lil Kim Pirotta. Il-logħba kellha bidu kajman però Starlites marru quddiem 8-6 fis-sitt minuta bi trippla ta’ Jean Doughty. Floriana wieġbu bil-baskets ta’ Sciberras u Martha Gatt biex temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 10-8. Fit-tieni taqsima, Doughty kellha żewġ trippli oħra għal Starlites li kellhom ukoll il-punti minn Kristy Galea u Danielle Agius u fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 20-15. Sciberras kompliet twieġeb għal Floriana però kienu Starlites li daħlu jistrieħu minn fuq 22-18.

Fit-tielet perjodu, Doughty kompliet bis-shooting tagħha hekk kif hi għamlet żewġ trippli oħra u Starlites kabbru l-vantaġġ tagħhom. Ir-risposta ta’ Floriana ġeiet mill-punti ta’ Gatt u Sciberras però tlett punti ta’ Agius għal skor ta’ 33-24. Fl-aħħar taqsima, Starlites fetħu bi trippla ta’ Stephanie Davies qabel erba’ punti għal Floriana minn Sciberras u Elena Falzon. Sa’ tmiem il-partita, Starlites baqgħu fil-kontroll minkejja l-isforz finali Floriana b’5 punti konsekuttivi biex rebħu l-partita 42-33.

Floriana: Y.Agius, L. Pace 4, N. Arena 3, M. Gatt 9, E. Falzon 1, V. Mifsud Tommasi, G. Torpiano 2, L. Haber, A. Sciberras 14, F. Camilleri, M.Borg, N. Hili.

Starlites Naxxar: D. Agius 5, K. Galea 4, J. Doughty 17, S. Tabone 6, K. Pirotta, A. Demanuele, L. Pirotta 4, K. Vassallo, E. Magrin, S. Davies 6, K. Borg.

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly.

Hibs 50

Caffè Moak Luxol 59

(8-16)(15-15)(14-12)(13-16)

Ic-champions Caffe Moak Luxol huma l-leaders tal-klassifika wara biss 2 partiti meta għelbu lil Hibernians 59-50. Iż-żewġ coaches kellhom l-iskwadra sħiħa tagħhom disponibbli hekk kif Charles Bonnici rkupra wkoll lil Joselle Borg Cardona u Beverlee Zammit. Il-logħba fetħet b’żewġ three pointers, wieħed fuq kull naħa però Luxol komplew bi break ta’ 10-0 b’punti minn Sarah Pace u bi trippla ta’ Zammit biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 16-8. Fit-tieni taqsima, Luxol kellhom aktar trippli minn Pace u Zammit flimkien ma’ Steffi De Martino biex żiedu l-vantaġġ għal 12-il punt 26-14. Josephine Grima u Maria Said wieġbu għal Hibs qabel il-punti ta’ Mandi Mercieca għac-champions. Hibs għalqu s-sessjoni b’baskets minn Christina Grima u Hannah Al Tumi iżda c-champions xorta daħlu jistrieħu ħamsa minn fuq 31-23.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew il-vantaġġ stabbli tagħhom 39-29. Hibs għamlu break qasir ta’ 6-0 run b’punti minn Grima, Al Tumi u Nadia Mifsud iżda Luxol ukoll kellhom il-punti tagħhom hekk kif Christine Curmi għamlet żewġ baskets għal skor ta’ 43-37. Hibs tħabtu aktar fl-aħħar sessjoni u fetħu bi break ta’ 10-4 u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 47-47 fis-sitt minuta. Hibs tilfu tliet tentattivi konsekuttivi minn taħt il-basket u pattew għal dawn l-iżbalji b’sensiela ta’ punti wara xulxin minn Luxol permezz ta’ De Martino u Pace. Il-ħin issa kien favur Luxol li ssiġillaw ir-rebħa tagħhom bi free-throws fl-aħħar minuta biex rebħu l-logħba 59-50.

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 4, N. Vella, I. Agius, J. Grima 9, M. Said 9, C. Grima 15, K. P. Mifsud, N. Mifsud 4, H. Al Tumi 9, N. Farrugia, K. Caruana.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 18, M. Mercieca 12, N. Agius, J. Borg Cardona 2, C. Sollami, S. De Martino 13, L. Serge, S. Abela, P. Ellul, G. Costa, B. Zammit 10,C. Curmi 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.





Leave a comment