- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol jeleminaw lil Depiro b’żewġ rebħiet

Posted By sportinmalta1 On December 11, 2017 @ 6:24 pm In Basketball,Featured | No Comments

Tazza Louis Borg Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 55

Caffè Moak Luxol 62

(6-19)(7-19)(24-9)(18-15)

Ir-round preliminari laqqa’ lic-champions Caffe Moak Luxol kontra Depiro bit-team ta’ Starlites spettaturi nteressati għaliex se jkunu huma l-avversarji tar-rebbieħa. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom hekk kif il-Germaniza Tina Maceij irritornat pajjiżha u Luxol kellhom lura lil Ina Baena Medina. Il-partita kienet waħda ta’ żewġt’uċuh hekk kif Luxol kienu dominanti speċjalment fl-ewwel żewġ sessjonijiet però kellhom isofru r-rimonta ta’ Depiro wara l-intervall. Ic-champions kellhom bidu qawwi fejn bit-three pointers ta’ Paula Ellul u Sarah Pace flimkien mal-punti ta’ Ashanti Plummer u Christina Curmi għamlu run ta’ 15-2. Depiro dehru maħsuda u minkejja li rrispondew permezz ta’ Claire Ciantar, Luxol temmew l-ewwel sessjoni 19-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro kellhom trippla minn Nicole Agius però Luxol żiedu l-vantaġġ b’run oħra qawwija ta’ 15-2 b’aktar punti minn Plummer, Curmi u trippla ta’ Pace. Depiro waqqfuhom b’basket minn Justine Xuereb però Martina Darmanin ukoll wieġbet għal Luxol li daħlu jistrieħu 38-13 minn fuq.

Fit-tielet taqsima l-istorja nbidlet hekk kif il-vantaġġ qawwi ta’ 25 punt li kellhom Luxol beda jitnaqqar. Depiro kellhom it-trippli minn Agius flimkien ma’ Steffi De Martino f’run ta’ 17-4 biex naqqsu d-distakk għall-10 punti 37-47. Huma komplew fil-ftuh tal-aħħar sessjoni meta punti ta’ De Martino komplew iressquhom viċin. Punti minn Pace u Plummer reġgħu taw ftit tan-nifs lil Luxol però żewġ trippli ta’ De Martino għenu lil Depiro jnaqqsu aktar id-distakk biex iħallu t-tieni leg miftuħ hekk kif Luxol rebħu l-partita 62-55.

Depiro: M. Micallef, T. Mifsud, L. Camilleri, C. Camilleri, M. Bonnett 6, S. De Martino 19, N. Agius 17, N. Agius, A. Lloyd 4, J. Xuereb 4, C. Ciantar 5.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, C. Borg Millo, I. Baena Medina, N. Vella, A. Plummer 22, K. Portelli 2, P. Ellul 10, C. Solllami, M. Darmanin 2, C. Curmi 7.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani, Kamil Dworniczak.

Caffè Moak Luxol 68

Depiro 52

(17-15)(17-5)(15-16)(19-16)

Fil-partita ta’ ritorn, Luxol għelbu mill-ġdid lil Depiro 68-52 biex għaddew għas-semifinali. Luxol din id-darba ma ppermettewx lil Depiro li jagħmlu rimonta kif għamlu fl-ewwel leg minkejja li tilfu b’injury lil Christina Curmi wara daħla mal-Amerikana ta’ Depiro Alexis Lloyd bil-logħob jitħalla għaddej. Ħafna iktar kien mistenni mill-istess Amerikana li f’din il-partita għamlet biss tlett free-shots biex lanqas qabżet l-għaxar punti fuq żewġ partiti! Luxol kienu bl-istess formazzjoni tal-ewwel leg iżda Claire Ciantar kienet nieqsa għal Depiro. Wara li Depiro għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita minn Nicole Agius u Maria Bonett. Luxol irrispondew permezz ta’ Ashanti Plummer, Paula Ellul u Curmi biex ħadu l-vantaġġ. Depiro wieġbu għal darbtejn u reġgħu ħadu vantaġġ b’basket ta’ Agius però basket ta’ Plummer poġġa lil Luxol fuq quddiem 17-15 fi tmiem is-sessjoni. Luxol komplew fil-ftuħ tat-tieni perjodu meta kellhom run ta’ 6-0 b’żewġ baskets minn Martina Darmanin. Depiro kellhom trippla ta’ Steffi De Martino biex naqqsu d-distakk għall-erba’ punti 19-23. Hawn Luxol tilfu lil Curmi però bdew run ta’ 13-1 bi trippla ta’ Sarah Pace flimkien ma’ Cristina Sollami u Ellul biex fil-halftime kienu 14 minn fuq 34-20.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Depiro kellhom break ta’ 9-1 bil-punti ta’ De Martino hekk kif dehru li ser jerġħhu jagħmlu rimonta. Luxol però rkupraw wara time-out u kellhom il-punti ta’ Plummer u trippla ta’ Kay Portelli biex żammew vantaġġ ta’ 13 –il punt 49-36. Fl-aħħar taqsima, kien hemm trippla fuq kull naha minn De Martino u Pace. L-aħħar sforz ta’ Depiro rahom jagħmlu break qasir ta’ 10-0 però kienu għadhom seba’ punti taħt l-avversarji 58-51. Ic-champions għalqu l-partita b’run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Pace u Sollami biex rebħu l-partita 68-52 u għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 130-107.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, C. Borg Millo, I. Baena Medina , N. Vella 2, A. Plummer 12, K. Portelli 5, P. Ellul 8, C. Solllami 11, M. Darmanin 10, C. Curmi 4.

 

Depiro: T. Mifsud 2, C. Camilleri 2, M. Bonnett 10, S. De Martino 27, N. Agius 4, N. Agius, A. Lloyd 3, J. Xuereb 4.

Referees: Emanuel Mangani, Miklos Rajczi, Kamil Dworniczak.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-jeleminaw-lil-depiro-bzewg-rebhiet/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.