Caffè Moak Luxol itemmu l-ewwel round fil-quċċata

Monday, January 18, 2016, 18:41

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 100

Starlites Naxxar 33

(33-6)(11-12)(30-6)(26-9)

Electrofix Hibs kisbu r-raba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat meta f’partita ta’ skor għoli għelbu lil Starlites 100-33. Starlites kellhom nieqes lil coach Sandro Farrugia hekk kif it-team tmexxa minn Maria Agius. Huma rkupraw lil Kristy Galea iżda Emma Magrin kienet nieqsa. Kif mistenni Hibs kellhom bidu qawwi meta għamlu l-ewwel tmien punti tal-partita u wara basket minn Lindsey Pirotta għal Starlites, huma komplew b’run qawwija ta’ 16-0. Hibs kellhom punti minn Josephine Grima, Christina Grima, Elena Cassar u Maria Said u kienu 33-6 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni perijodu, Starlites tejbu l-punteġġ tagħhom hekk kif Hibs naqqsu xi ftit ir-ritmu. Starlites kellhom trippla minn Galea flimkien mal-punti ta’ Pirotta u Samantha Tabone. Hibs kellhom il-punti ta’ Hannah Al Tumi, Julia Scerri u Kim Portainer Mifsud għal skor ta’ 44-18 fil-halftime.

Fit-tielet taqsima, Hibs fetħu bi trippla minn C. Grima u żiedu l-vantaġġ tagħhom b’run oħra qawwija ta’ 23-0 b’diversi punti minn J. Grima u Nadia Mifsud. Jean Doughty kellha trippla għal Starlites madankollu Hibs kienu diġa 74-24 minn fuq kif intemmet it-taqsima. Fl-aħħar sessjoni, Hibs reġgħu bdew b’run ta’ 8-0 b’punti ta’ C. Grima, J. Grima u Said. Starlites wieġbu b’ħames punti ta’ Galea qabel ma Hibs komplew bi tnax –il punt ieħor. Pirotta għamlet l-aħħar punti ta’ Starlites biex Kristy Caruana għaqqdet il-mitt punt ta’ Hibs li ħarġu rebbieħa 100-33 bil-players kollha jniżżlu isimhom fost l-iskorers.

Electrofix Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar 4, N. Vella 4, I. Agius 4, J. Grima 27, M. Said 14, C. Grima 18, K. P. Mifsud 2, N. Mifsud 4, H. Al Tumi 15, N. Farrugia 2, K. Caruana 2.

Starlites Naxxar: D. Agius, K. Galea 14, J. Doughty 4, S. Tabone 4, K. Pirotta, A. Demanuele, L. Pirotta 9, K. Zerafa, S. Davies 2, K. Borg.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Floriana 31

Pavi Depiro 46

(5-15)(9-12)(6-10)(11-9)

Pavi Depiro għelbu lil Floriana 46-31 hekk kif kienu kostretti jippreżentaw skwadra ta’ sitt players biss hekk kif kellhom diversi players imweġġa. Fil-fatt Depiro kienu mingħajr Sam Brincat, Petra Montanaro u Svetlana Micallef u għada nieqsa wkoll Maria Bonett. Floriana wkoll kellhom xi players neqsin hekk kif kienu mingħajr Yanika Agius, Martha Gatt u Giuliana Torpiano però rritornat Laure Haber. Il-partita kellha bidu kwiet bid-Depiro jieħdu vantaġġ wara sitt minuti 3-2. Huma komplew bil-punti konsekuttivi ta’ Gaby Mifsud biex għalqu l-ewwel sessjoni 15-5 minn fuq. Floriana fetħu t-tieni sessjoni bi break qasir ta’ 6-0 b’punti minn Nicole Hili u Abigail Sciberras. Depiro wieġbu bi break ta’ 11-2 run inkluż trippla minn Claudia Camilleri flimkien mal-punti ta’ Andrea Mifsud, Claire Ciantar u fil-halftime kienu fuq quddiem 27-14.

Fit-tielet sessjoni l-punti reġgħu naqsu fuq iż-żewġ naħat b’Depiro jagħmlu run qasira ta’ 8-2 fl-ewwel seba’ minuti. Floriana rrispondew b’aktar punti minn Hili u Sciberras però Depiro kellhom vantaġġ ta ’17-il punt 37-20 fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni, Depiro kellhom aktar punti minn Mifsud u Camilleri. Floriana wieġbu bi break ta’ 11-4 bil-punti ta’ Emily Cassar u Lisa Pace però Depiro żammew il-vantaġġ tagħhom biex rebħu l-partita 46-31.

Floriana: M. Borg, L. Pace 13, N. Arena, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, A. Sciberras 7, F. Camilleri, N. Hili 7, E. Cassar 2.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 15, C. Camilleri 10, T. Mifsud, J. Xuereb 6, C. Ciantar 12.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Caffè Moak Luxol 67

Gżira Athleta 50

(21-13)(19-10)(10-17)(17-10)

Champions Caffe Moak Luxol temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel round b’rebħa fuq Gzira Athleta 67-50. Luxol rkupraw lil Mandi Mercieca u kellhom lura wkoll lil Monique Caruana għal din il-logħba fil-waqt li Athleta kellhom lil Stephanie Pisani nieqsa. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ bill-punti ta’ Steffi De Martino, Joselle Borg Cardona u Sarah Pace. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Antoinette Borg u punti minn Sharon Vella u Leanne Sciberras. Luxol komplew bi trippla ta’ Pace biex temmew it-taqsima fuq quddiem 21-13. Luxol fetħu qawwi fit-tieni sessjoni hekk kif bdew bi break ta’ 10-2 fosthom trippla ta’ Beverlee Zammit u punti minn De Martino u Mercieca. Athleta kellhom il-baskets ta’ Sciberras però Luxol daħlu jistrieħu 17 minn fuq 40-23.

Fit-tielet sessjoni, Sciberras kellha trippla għal Athleta bil-Luxol iwieġbu bil-punti ta’ De Martino u Christine Curmi. Luxol komplew b’erba’ punti ta’ Cardona qabel ma Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-1 b’baskets minn Vella, Sciberras u Borg u naqqsu d-distakk għal 10 punti 50-40. Luxol fetħu qawwi għal darba’oħra fl-aħħar sessjoni u għamlu run ta’ 13-0 run bit-tieni trippla ta’ Zammit flimkien ma’ Paula Ellul, Pace u Mercieca u kkontrollaw l-aħħar mumenti tal-logħba biex ħarġu rebbieħa 67-50.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, B. Zammit 7, N. Agius, J. Borg Cardona 8, M. Mercieca 13, S. De Martino 22, M. Caruana, S. Abela, P. Ellul 1, A. Calleja, M. Darmanin, C. Curmi 2.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil 2, L. Sciberras 18, S. Cilia, D. Said Hollier, A. Borg 15, R. Sciberras, S. Vella 15, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

5

5

0

10

326

180

Hibs

5

4

1

9

380

192

Honey Athleta

5

3

2

8

273

255

Pavi Depiro

5

2

3

7

248

255

Starlites

5

1

4

6

175

329

Floriana

5

0

5

5

125

316





Leave a comment