Caffè Moak Luxol itemmu l-ewwel round b’rebħa drammatika

Thursday, December 11, 2014, 22:10

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Honey Athleta 64

Hibs 58

(16-10)(15-15)(15-17)(18-16)

Honey Athleta rrepetew is-suċċess li kellhom ftit ġranet qabel fuq Hibs fin-Knock-out meta rebħulhom fil-kampjonat 64-58. Athleta reġgħu kienu mingħajr Leanne Sciberras però Hibs kienu aktar milquta b’injuries fejn kellhom nieqsa lil Silvia Gambino, Maria Desira u lil Julia Scerri. Athleta ħadu l-vantaġġ bit-trippli ta’ Denise Said Hollier  bil-Hibs iwieġbu bil-baskets ta’ Elena Cassar, Justine Xuereb u Christina Grima. Athleta żiedu l-vantaġġ b’baskets konsekuttivi ta’ Amelia Simmons u temmew l-ewwel taqsima 16-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta kellhom żewġ baskets konsekuttivi ta’ Emma Moore flimkien ma’ Sammy Jo Barbara. Hibs ġew lura bit-three pointers ta’ Christina Grima f’run ta’ 12-2 biex fis-sitt minuta ġabu l-iskor indaqs 22-22. Athleta reġgħu marru fuq quddiem minn Simmons fejn għalqu l-perjodu bi break ta’ 7-2 u daħlu jistrieħu 31-25 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Hibs reġgħu rkupraw l-iżvantaġġ meta kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Ema Micallef u Christina Grima u għal darb’oħra ppareġjaw il-partita 37-37. Athleta kellhom trippla ta’ Lindsey Pirotta u l-punti ta’ Lonneke Cassar biex reġgħu ħadu l-vantaġġ 46-42. Fl-aħħar taqsima l-partita kompliet tkun missielta biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Athleta kellhom aktar punti ta’ Pirotta  u Simmons bil-Hibs iwieġbu bil-punti ta’ Grima. Athleta rnexxielhom jagħmlu break qasir ta’ 8-3 li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti 61-53 u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 64-58.

Honey Athleta: E. Moore 8, L. Pirotta 10, S. Vella, L. Cassar 6, D. Said Hollier 11, A. Simmons 20, R. Sciberras, F. Farrugia, S.J. Barbara 8, C. Mifsud 1.

Hibs: E. Micallef 18, E. Cassar 8, F. Mifsud, J. Xuereb 6, C. Grima 20, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 2, I. Agius 1, N. Farrugia 3.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

DHL Phoenix 14

Caffè Moak Luxol 58

(0-25)(2-13)(6-13)(6-7)

Bidu qawwi mic-champions Caffè Moak Luxol kien biżżejjed għalijhom biex jerbħu l-partita tagħhom kontra DHL Phoenix 58-14. Fil-fatt Luxol rebħu l-ewwel sessjoni 25-0 fejn kif juri l-iskor kienu dominanti kompletament. Huma kellhom diversi punti tal-Amerikana Laekitha Alston, Sarah Pace, Joselle Borg Cardona u trippli ta’ Beverlee Zammit u Steffi De Martino. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu u l-ewwel basket ġie minn Stephanie Davies għal Phoenix. Luxol li biddlu l-ħames players, irrispondew mill-ħames minuta ‘l quddiem bi 13 –il punt konsekuttiv biex fil-halfime kienu 38-2 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Luxol kellhom il-punti ta’ Alston u Paula Ellul b’Phoenix iwieġbu minn Davies u Francesca Sant. Luxol għamlu l-aħħar break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Zammit għal skor ta’ 51-8. Fl-aħħar taqsima saru biss 13 –il punt u kellhom ikunu żewġ baskets ta’ Martina Darmanin biex Luxol rebħu wkoll din it-taqsima 7-6 biex rebħu l-partita 58-14.

DHL Phoenix: D. Vella Dingli, L. Pace 2, N. Said, M. Gatt 2, S. Munduru, F. Sant 4, G. Torpiano, J. B. Gaerthy, A. Demanuele, F. Camilleri, S. Davies 6.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 2, B. Zammit 8, M. Caruana 2, I. Medina 2, S. Tabone 8,  S. De Martino 5, K. Portelli 1, J. Borg Cardona 2, P. Ellul 6, L. Alston 17, M. Darmanin 4, C. Curmi 1.

Referees: Cesar Baena, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs 69

 

DHL Phoenix 30

(22-2)(17-8)(8-12)(22-8)

Hibs minkejja li għal darb’oħra kellhom diversi players nieqsa rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil DHL Phoenix 69-30. Fl-ewwel sessjoni Hibs bdew bl-ewwel għaxar punti tal-partita b’żewġ baskets ta’ Elena Cassar u Christina Grima. Wara li Lisa Pace għamlet l-uniku basket ta’ Phoenix f’din is-sessjoni, Hibs komplew bi 12 –il punt ieħor fosthom tlett baskets konsekuttivi ta’ Grima għal skor ta’ 22-2. Fit-tieni perjodu Phoenix kellhom il-punti ta’ Francesca Sant bil-Hibs iwieġbu bi break ta’ 14-2 b’żewġ trippli ta’ Grima. L-aħħar punti tat-taqsima waslu minn Martha Gatt għal Phoenix biex Hibs daħlu jistrieħu 39-10 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-punti naqsu speċjalment minn naħa ta’ Hibs li kellhom tmien punti ta’ Naomi Farrugia, Nadia Mifsud u Ema Micallef. Phoenix kellhom żewġ trippli ta’ Sant għal skor ta’ 47-22. Fl-aħħar sessjoni Hibs għamlu run oħra ta’ 16-3 b’aktar punti minn Grima, Micallef u Mifsud biex rebħu l-partita 69-30.

Hibs: E. Micallef 13, E. Cassar 12, J. Xuereb 10, C. Grima 24, K. Portainer Mifsud 2, N. Mifsud 4, N. Farrugia 4.

DHL Phoenix: Y. Agius, L. Pace 4, N. Said 2, M. Gatt 4, S. Munduru, F. Sant 12, G. Torpiano 3, J. B. Gaerthy, S. Davies  3, F. Camilleri, D. Vella Dingli 2, A. Demanuele.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Caffè Moak Luxol 65

Pavi Depiro 63

(16-14)(12-19)(14-15)(14-8)(9-7)

Basket tal-Amerikana Laekitha Alston wara assist stupend ta’ Beverlee Zammit fl-aħħar żewġ sekondi taw rebħa drammatika lic-champions Caffè Moak Luxol fuq Pavi Depiro 65-63. Il-partita kien fiha minn kollox saħansitra t-tkeċċija tal-coach ta’ Luxol u sessjoni ta’ ħin barrani. L-ewwel sessjoni kienet missielta fejn wara li Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ, Depiro kellhom risposta minn Maria Bonett u għal ċertu ħin huma kellhom vantaġġ ta’ basket. Luxol kellhom ir-risposta minn Steffi De Martino, Paula Ellul u Alston u ħadu vantaġġ ta’ basket 16-14. Fir-raba’ minuta Depiro kellhom trippla minn Sam Brincat u ġabu l-iskor indaqs 20-20. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ però għal darbtejn Depiro ġabu l-iskor indaqs. Fl-aħħar minuta Depiro kellhom run ta’ 7-0 bil-punti ta’ Bonett, Brincat u l-Amerikana Siarre Evans u daħlu jistrieħu 33-28 minn fuq.

Beverlee Zammit - Luxol

Fl-ewwel ħinijiet tat-tielet taqsima l-punti waslu bil-mod biex Depiro żammew vantaġġ ta’ punt sar-raba’ minuta 34-33. Hawn Depiro kellhom run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Evans biex fetħu vantaġġ ta’ 8 punti. Luxol ukoll wieġbu bi trippla minn Zammit u basket ta’ Alston u Depiro kellhom vantaġġ ta’ 6 punti fit-tmiem il-perjodu 48-42. Fl-aħħar taqsima Luxol reġgħu ppareġjaw il-partita 52-52 wara l-punti ta’ De Martino u Sarah Pace. Free-throws ta’ Brincat u Evans poġġew lil Depiro minn fuq fl-aħħar ħinijiet però basket ta’ De Martino ġab l-iskor indaqs 56-56 biex il-partita marret għal ħin barrani. Hawn kellna lil Depiro jerġgħu jieħdu vantaġġ ta’ ħames punti wara basket u trippla ta’ Evans. Luxol reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Pace u trippla ta’ De Martino. Luxol reġgħu ħadu l-pusess u Zammit minnflok ixxutjat tat pass perfett lil Alston li għamlet il-basket tar-rebħa mal-ħorn finali għal skor ta’ 65-63.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, B. Zammit 3, M. Caruana, I. Medina, S. Tabone,  S. De Martino 16, J. Borg Cardona 11, P. Ellul 2, L. Alston 22, M. Darmanin, C. Curmi.

Pavi Depiro: G. Mifsud 5, R. Calleja, S. Brincat 21, M. Bonett 9, N. Agius 2, M. Mifsud, S. Evans 24, S. Micallef 2, C. Ciantar.

Referees: Cesar Baena, Luis Abuin.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

4

4

0

8

241

181

Pavi Depiro

4

2

2

6

279

220

Honey Athleta

4

2

2

6

255

247

Hibs

4

2

2

6

228

194

DHL Phoenix

4

0

4

4

119

280





Leave a comment