Caffè Moak Luxol it-tieni finalisti

Friday, April 27, 2018, 19:09

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 60

Gżira Athleta 43

(20-10)(14-2)(15-16)(11-15)

Ic-champions Caffè Moak Luxol jisbu l-post fil-finali meta

Ritratt: Wally Galea

fit-tielet semi-finali għelbu lil Gżira Athleta 60-43 u issa jiltaqgħu kontra Hibs. Athleta batew ħafna fl-attakk fejn kellhom ġurnata negattiva u dan kien evidenti speċjalment fit-tieni taqsima meta għamlu basket wieħed biss. Huma ppruvaw jirpupraw lejn tmiem it-tielet sessjoni u l-bidu tar-raba’ però kien tard wisq biex isalvaw il-partita. Luxol kellhom nieqsa lil Martina Darmanin u għajtu lura lil Ina Baena Medina fil-waqt li Beverlee Zammit kienet nieqsa għall-Athleta. Luxol fetħu bi three pointer ta’ Kay Portelli bl-Athleta qatt ma jirnexxielhom imorru minn fuq. Punti minn Noelene Vella u Christina Curmi flimkien ma’ trippli ta’ Portelli u Sarah Pace raw lil Luxol jiftħu vantaġġ doppju 20-10 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni taqsima Athleta ikkrollaw u kisbu biss basket wieħed minn Amelia Simmons. Minn hemm ‘l quddiem kienu Luxol li għamlu l-punti fosthom trippli minn Pace u Cristina Sollami u l-baskets ta’ Maria Brown. Fl-intervall ic-champions kienu 34-12 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, d-diffikulta tal-Athleta baqgħat hemm tant li Luxol komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 10-2 b’Curmi protagonista. Huma fetħu vantaġġ massimu ta’ 33 punt 49-16 wara trippla ta’ Pace u basket ta’ Sollami. Hawn Athleta qalbu d-difiża u din il-mossa waqqfet lil Luxol milli jagħmlu l-punti u Athleta għamlu dak li ma kienx irnexxielhom jagħmlu qabel b’run ta’ 12-0 minn Simmons, Leanne Duncan u Denise Said Hollier però Luxol kienu għadhom 49-28 minn fuq. Athleta fetħu t-tielet sessjoni b’żewġ three pointers minn Simmons u Said Hollier u d-distakk niżel għal 15 –il punt. Time-out ta’ Christoph Stolp għen lil Luxol jiġu f’tagħhom u u jwieġbu b’run ta’ 9-3 bil-punti ta’ Brown u Curmi biex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 60-43.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, Ni. Vella, I. Baena Medina, No. Vella 6, K. Portelli 8, L. Caruana Montaldo, M. Brown 15, C. Solllami 6, C. Curmi 14.

Gżira Athleta: N. Hili, M. Beltri, L. Duncan 5, A. Simmons 21, D. Said Hollier 8, A. Borg, J. Schembri 5, S. Vella 4, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic, Tuomas Mantere.

 

Programm tal-finali:

 

Il-Ħadd 29 t’April: 14:30:  Hibs vs Caffè Moak Luxol

It-Tlieta 1 ta’ Mejju: Caffè Moak Luxol vs Hibs

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju: 14:30:  Hibs vs Caffè Moak Luxol

Il-Ħamis 10 ta’ Mejju: 19:30: Caffè Moak Luxol vs Hibs

Is-Ħadd 13 ta’ Mejju: 14:30:  Hibs vs Caffè Moak Luxol

It-Tnejn l-1 ta’ Mejju: 14:45: Gżira Athleta vs Caffè Moak Luxol





Leave a comment