- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol Champions għat-tielet darba konsekuttiva

Posted By sportinmalta1 On May 2, 2016 @ 4:58 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat MSV life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 38

Caffè Moak Luxol 51

(14-10)(8-15)(9-20)(7-6)

Caffè Moak Luxol rebħu il-ħames partita tas-serje

Ritratti: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

finali kontra Electrofix Hibernians 51-38 biex rebħu l-kampjonat MSV Life għat-tielet sena konsekuttiva u għat-tnax –il darba fl-istorja tagħhom. Luxol komplew juru superjorita fil-basketball femminili fejn rebħu 5 kampjonati fl-aħħar sitt snin u total ta’ 18 –il unur. Hibs rebħu biss it-tielet partita minn din is-serje finali fejn spikkat id-difiża ta’ Luxol speċjalment fuq l-aktar players importanti tal-avversarji. Kull player li lagħbet kellha sehem importanti fir-rebħ tal-kampjonat però Sarah Pace u Steffi De Martino kellhom serje finali stupenda. Il-partita kellha bidu bilanċjat b’żewġ baskets fuq kull naħa. Hibs marru fuq quddiem bil-punti ta’ Maria Said u Christina Grima però Luxol wieġbu bi three pointers minn Beverlee Zammit u Mandi Mercieca. Hibs ukoll kellhom trippla minn Elena Cassar u basket ta’ Grima u fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 14-10. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’seba’ punti mingħajr risposta minn Joselle Borg Cardona, Mercieca u De Martino biex marru minn fuq 17-14. Hibs kellhom il-punti ta’ Hannah Al Tumi bic-champions iwieġbu b’żewġ trippli konsekuttivi minn Mercieca u Zammit. Cassar u Grima wkoll wieġbu bi trippla għal Hibs però Luxol daħlu jistrieħu 25-22 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs ma setgħux jinfdu d-difiża ta’ Luxol. Minn naħa l-oħra, l-players ta’ Charles Bonnici kellhom fażi oħra tajba bi trippli ta’ Zammit u Sarah Pace biex marru 10 minn fuq 36-26. Said u Cassar bi trippla wieġbu għal Hibs biex naqqsu d-distakk għal seba’ punti però Luxol komplew bi break ieħor ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Pace għal skor ta’ 45-31. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu u minkejja li Hibs bdew bl-ewwel erba’ punti minn Josephine Grima, Luxol reġgħu għalqu tajjeb u l-ħin kien favur tagħhom biex ikkontrollaw il-partita sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 51-38 biex rebħu l-kampjonat. Fi tmiem il-partita, Sarah Pavia f’isem l-isponsors MSV Life ppreżentat il-medalji lir-rebbieħa u l-unur tal-MVP lil player ta’ Luxol Sarah Pace. Il-captain Mandi Mercieca għolliet it-trofew ta’ Champions fost il-ferħ tal-players, partitarji u diriġenti tal-club ta’ Luxol.

Electrofix Hibs: J. Scerri 3, E. Cassar 9, N. Vella, I. Agius, J. Grima 9, M. Said 8, C. Grima 7, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 2, N. Farrugia, G. Costa.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 9, N. Agius, J. Borg Cardona 6, M. Mercieca 17, S. De Martino 3,  C. Sollami, A. Calleja, P. Ellul 2, N. Vella, M. Darmanin, C. Curmi 4.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Christine Farrugia.

Ritratti: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

Statistika…

Hibs

Free throws – 6 on 16

Baskets – 10 on 37

Three pointers – 4 on 14

Rebounds – 41

Assists – 8

Turnovers – 17

Steals – 15

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 19

Luxol

Free throws – 12 on 17

Baskets – 9 on 32

Three pointers – 7 on 27

Rebounds – 49

Assists – 9

Turnovers – 18

Steals – 6

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 17


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-champions-ghat-tielet-darba-konsekuttiva/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.