Caffè Moak Luxol Champions għar-raba’ sena konsekuttiva

Monday, May 1, 2017, 21:04

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 53

Caffè Moak Luxol 70

(11-17)(17-18)(7-15)(18-20)

Il-ħames finali tal-Kampjonat tan-Nisa intrebħet minn Caffè Moak Luxol biex b’hemm it-team immexxi minn Santino Coppa żamm it-titlu li rebħu għal dawn l-aħħar 4 staġuni. Suċċess li wasal wara ħames partiti kumbattuti kontra Gżira Athleta b’dawn tal-aħħar ikollhom id-diżappunt li għal darb’oħa kienu finalisti telliefa. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Christina Grima għal Athleta bil-Luxol jirrispondu b’seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Sarah Pace biex marru minn fuq. Athleta wieġbu bit-three pointers ta’ Amelia Simmons però Luxol ukoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Paula Ellul u t-tieni wieħed ta’ Pace biex temmew l-ewwel sessjoni 17-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Ellul. Hawn Athleta wettqu reazzjoni b’run ta’ 8-2 bi trippli ta’ Milica Stefanovic u Antoinette Borg. Għal darbtejn, Athleta waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod però Luxol għamlu break ta’ 9-2 biex marru 10 minn fuq. Qabel intemmet it-taqsima, Grima kellha tlett punti biex fl-intervall Luxol kienu 35-28 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex il-vantaġġ ta’ Luxol baqa’ stabbli. Lejn tmiem it-taqsima, Luxol kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-3 bil-punti jaslu minn Mandi Mercieca u Attirah Munir u temmew il-perjodu 15 –il punt minn fuq 50-35. Fl-aħħar sessjoni, Luxol żiedu l-vantaġġ għalkemm żewġ trippli ta’ Simmons taw tamiet ġodda lill-Athleta. Luxol però malajr irrispondew bil-punti ta’ Pace u Steffi De Martino. Luxol ħadu kontroll tal-partita f’idejhom u bil-free-throws ta’ Pace serrħu rashom mir-riżultat u rebħu l-partita 70-53 u rebħu l-kampjonat għat-13 –il

Ritratti: Wally Galea

darba fl-istorja tagħhom. Fi tmiem il-partita, is-Sur Michael Galea, Develpment Officer Mapfre MSV Life ppreżenta il-medalji lir-rebbieħa u l-unur tal-MVP lil player ta’ Luxol Sarah Pace. Il-captain Mandi Mercieca għolliet it-trofew ta’ Champions fost il-ferħ tal-players, partitarji u diriġenti tal-club ta’ Luxol.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 7, C. Grima 10, B. Zammit, L. Sciberras 4, A. Simmons 22, D. Said Hollier 2, A. Borg 8, J. Schembri, S. Vella, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, M. Mercieca 9, A. Munir 12, I. Baena Medina, S. De Martino 13, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 10, L. Caruana Montaldo, C. Curmi 10.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Statistika…

Athleta

Free throws – 6 on 13

Baskets – 13 on 31

Three pointers – 7 on 22

Rebounds – 34

Assists – 10

Turnovers – 17

Steals – 4

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 21

Luxol

Free throws – 19 on 26

Baskets – 21 on 42

Three pointers – 3 on 14

Rebounds – 37

Assists – 10

Turnovers – 8

Steals – 8

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 14

Ritratti: Wally Galea





Leave a comment