Caffè Moak Luxol Champions għall-10 darba

Thursday, April 24, 2014, 19:39

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA – PLAY-OFFS

minn Colin Schembri

Honey Athleta 45

Caffè Moak Luxol 63

(11-20)(12-14)(12-16)(10-13)

Wara nuqqas ta’ staġun, Caffè Moak Luxol reġgħu rebħu l-kampjonat tan-nisa għall-għaxar suċċess tagħhom. Luxol li minbarra l-kampjonat rebħu wkoll żewġ unuri oħra is-Super Cup u s-St. James Hospital Knock-Out. Luxol kellhom play-offs stupendi fejn ma tilfux logħba wara li fis-semifinali għelbu lic-champions renjanti Pavi Depiro 2-0 u rebħu s-serje finali 3-0. Fil-finali t-team ta’ Sandro Farrugia kienu nettament superjuri għall-avversarji tagħhom. Athleta kienu fl-ewwel dehra fil-finali ta’ kampjonat minn meta reġgħu rritornaw fix-xena tal-basketball finali u l-istaġun tagħhom jista wkoll jitqies bħala posittiv. Luxol għamlu l-intenzzjonijiet tagħhom ċari sa’ mill-ewwel ħinijiet u fl-ewwel ħames minuti kienu diġa 8-0 minn fuq wara żewġ trippli minn Sarah Pace u Steffi De Martino flimkien ma’ Patricia Bright. Athleta rkupraw u kellhom break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Leanne Sciberras u baskets minn Lonekke Cassar u Ijeoma Ofomata. FL-aħħar minuta Luxol kellhom ħames punti oħra minn Bright u De Martino biex temmew l-ewwel sessjoni 20-11 minn fuq. Athleta fetħu t-tieni perjodu b’basket ta’ Ofomata però Luxol kellom break ta’ 8-2 b’żewġ baskets oħra ta’ Bright u fetħu distakk ta’ 13 –il punt 30-17. It-taqsima għalqet b’erba’ punti fuq kull naħa biex fl-intervall Luxol kienu fuq quddiem 34-23.

Fit-tielet perjodu l-punti ta’ Bright u De Martino kompla jżid il-vantaġġ ta’ Luxol għalkemm Athleta kellhom il-baskets minn Sammy Jo Barbara u Francesca Farrugia. L-aħħar għaxar minuti bdew bil-Luxol f’vantaġġ komdu ta’ 15 –il punti 50-30 u poġġew is-siġġill fuq ir-rebħ tal-għaxar kampjonat meta fl-ewwel ħames minuti għamlu disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla tal-captain Mandi Mercieca. Athleta naqqsu d-distakk b’baskets minn Sciberras u trippla ta’ Ofomata però Luxol bdew jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat u rebħu l-partita 63-45. Fi tmiem il-partita s-Sinjura Maria Bugeja, Direttriċi ta’ St. James Hospital ippreżentat it-trofew ta’ champions lil captain ta’ Luxol Mandi Mercieca.

Tistgħu taraw ir-ritratti ta’ din il-finali fuq l-facebook page tal-MBA:

https://www.facebook.com/media/set/?set=a.516667428438740.1073741927.113448038760683&type=1

Honey Athleta:E. Moore 2, M. Azzopardi Duca, J. Xuereb, L. Cassar 2, L. Sciberras 7, D. Said Hollier, I. Ofamata 25, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 3, S.J. Barbara 6, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, M. Mercieca 5, M. Caruana, B. Naudi, P. Ellul 2, G. Costa 2, K. Portelli, S. De Martino 18, K. Baldacchino, P. Bright 29, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Statistika…

Athleta

Free throws – 5 on 6

Baskets – 17 on 62

Three pointers – 2 on 8

Rebounds – 44

Assists – 6

Turnovers – 13

Steals – 8

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 14

Luxol

Free throws – 10 on 12

Baskets – 22 on 40

Three pointers – 3 on 15

Rebounds – 39

Assists – 15

Turnovers – 15

Steals – 7

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 12





Leave a comment