Caffè Moak Luxol b’vantaġġ ta’ sitt punti

Monday, February 8, 2016, 16:37

TAZZA LOUIS BORG NISA – FINALI LEG 1

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 45

Caffè Moak Luxol 51

(15-10)(10-17)(11-12)(9-12)

Ic-champions Caffè Moak Luxol temmew l-ewwel leg tal-finali tat-tazza Louis Borg kontra Electrofix Hibernians sitt punti minn fuq 51-45 li issa jġorruhom magħhom fit-tieni leg. Iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin jiltaqgħu fit-tieni finali fi spazju ta’ ġimgħa wara r-rebħ tan-Knock out minn Hibs ġimgħa ilhu. Luxol għamlu l-ewwel punti tal-partita u ħadu vantaġġ minimu 3-1. Hibs irrispondew bi break ta’ 13-0 b’diversi punti minn Elena Cassar li kellha wkoll trippla. Luxol waqqfuhom bi three pointer minn Beverlee Zammit u komplew inaqqsu d-distakk wara punti minn Joselle Borg Cardona u Steffi De Martino u Hibs temmew is-sessjoni 15-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol komplew bil-mument posittiv tagħhom u għamlu 9 punti mingħajr risposta bi trippla oħra ta’ Zammit. Hibs finalment wieġbu bil-punti ta’ Christina Grima u ġabu l-iskor indaqs bi trippla ta’ Greta Costa. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ bi three pointer minn Sarah Pace biex daħlu jistrieħu 27-25 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u sas-sitt minuta Hibs ħadu vantaġġ ta’ punt 32-31. Hawn Luxol kellhom diversi punti minn Pace flimkien ma’ Paula Ellul u fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 39-32 qabel ma Hibs ġew lura permezz ta’ Grima u Hannah Al Tumi għal skor ta’ 36-39. Fl-aħħar sessjoni l-logħob baqa’ bilanċjat għalkemm il-punti bdew ġejjin bil-mod. Luxol kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti 43-36. Hibs ġew lura bil-punti ta’ Costa u Josephine Grima iżda De Martino għamlet trippla għal Luxol. Hibs irnexxielhom jerġgħu jaslu sa punt ‘l bogħod però kienu Luxol li għalqu l-partita bil-punti ta’ De Martino u Zammit u rebħu l-partita 51-45.

Electrofix Hibs: J. Scerri, E. Cassar 12, N. Vella, I. Agius, J. Grima 9, M. Said 2, C. Grima 15, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 2, N. Farrugia, G. Costa 5.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, B. Zammit 8, N. Agius, J. Borg Cardona 4, M. Mercieca 5, S. De Martino 13, N. Vella, A. Calleja, P. Ellul 2, C. Sollami, M. Darmanin, C. Curmi 6.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment