- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol bl-ewwel vantaġġ

Posted By sportinmalta1 On April 14, 2014 @ 7:23 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA – PLAY-OFFS

minn Colin Schembri

Honey Athleta 39

Caffè Moak Luxol 61

(12-18)(7-7)(9-19)(11-17)

Caffè Moak Luxol għamlu l-ewwel pass biex jerġgħu jieħdu t-titlu ta’ champions wara nuqqas ta’ sena meta għelbu lil Honey Athleta 61-39. Luxol kienu fil-kontroll tul il-partita kollha u b’wirja tajba ħafna fid-difiża xejjnu għal kollox l-isforzi tal-Athleta li jridu jsibu mezz kif jinfdu lil Luxol biex jibqgħu fit-tiġrija. Ina Medina kienet nieqsa għal Luxol u l-bqija ż-żewġ timijiet ma kellhom l-ebda nuqqas fil-formazzjoni. Il-partita bdiet bil-Luxol jiftħu qawwi u jagħmlu l-ewwel disa’ punti mingħajr risposta minn Steffi De Martino, Patricia Bright u l-captain Mandi Mercieca. Wara erba’ minuti bdiet ġejja r-risposta tal-Athleta fejn kisbu erba’ punti minn Leanne Sciberras u Ijeoma Ofomata. Luxol kellhom basket iehor ta Bright b’Lonekke Cassar twieġeb għall-Athleta li naqqsu d-distakk ghal 3 punti 8-11. Luxol għamlu break ieħor ta’ 8-2 b’aktar punti minn De Martino u Bright u temmew l-ewwel taqsima 18-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu drastikament fuq iż-żewġ naħat. Sal-ħames minuta kien hemm biss żewġ freethrows ta’ Bright għal Luxol qabel ma Sciberras kellha trippla għall-Athleta. Il-punti baqgħu ġejjin bil-mod b’Emma Moore tagħmel żewġ baskets oħra għall-Athleta u naqqset id-distakk għal 3 punti 19-22. Eżatt mal-horn finali De Martino għamlet trippla minn distanza konsiderevoli biex Luxol daħlu jistrieħu sitta minn fuq 25-19.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu Athelta reġgħu naqqsu d-distakk għal erba’ punti 25-29 wara baskets minn Francesca Farrugia, Ofomata u Moore. Id-distakk baqa’ l-istess għal ftit minuti qabel ma Greta Costa kellha mument stupend bi tlett three pointers wara xulxin f’run ta’ 13-1 minn Luxol li rathom itemmu t-tielet perjodu 44-28 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, l-iżvantaġġ deher kbir wisq għall-Athleta li sofrew run oħra ta’ 8-2 minn Luxol u d-distakk bejn iż-żewġ timijiet kiber ghal 20 punt 52-32. Il-partita issa kienet deċiża u l-coach ta’ Luxol seta’ wkoll iserraħ players importani qabel it-tieni partita però Luxol xorta baqgħu għaddejin u għalqu l-partita b’run oħra sabiħa ta’ 9-2 bi trippla ta’ Mandi Mercieca u rebħu l-partita 61-39.

Honey Athleta:E. Moore 8, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 2, L. Sciberras 5, D. Said Hollier, I. Ofamata 22, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 2, S.J. Barbara, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana, M. Mercieca 10, B. Naudi 2, P. Ellul 4, G. Costa 11, K. Portelli, S. De Martino 16, K. Baldacchino 2, P. Bright 14, M. Darmanin, C. Curmi 2.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Teemu Helenius

Statistika…

Athleta

Free throws – 10 on 13

Baskets – 13 on 59

Three pointers – 1 on 6

Rebounds – 44

Assists – 5

Turnovers – 13

Steals – 8

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 12

Luxol

Free throws – 8 on 10

Baskets – 19 on 47

Three pointers – 5 on 16

Rebounds – 49

Assists – 15

Turnovers – 15

Steals – 7

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 17


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-bl-ewwel-vantagg/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.