- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol bit-tieni unur tal-istaġun

Posted By sportinmalta1 On February 25, 2014 @ 4:44 pm In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK-OUT NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 35

Caffè Moak Luxol 61

(6-13)(12-19)(4-13)(13-16)

Caffè Moak Luxol rebħu s-St. James Hospital Knock-out għat-tieni sena konsekuttiva u għat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Huma għelbu lil Pavi Depiro 61-35 biex b’hekk rebħu t-tieni unur tagħhom f’dan l-istaġun wara li aktar kmieni kienu rebħu s-Super Cup. Ħafna iktar kien mistenni minn Depiro speċjalment fl-attakk però huma wettqu wisq turn-overs u kellhom diversi passes żbaljati. Luxol mill-banda l-oħra kellhom lil Greta Costa f’burdata tajba flimkien mal-Amerikana Patricia Bright b’din tal-aħħar tinnewtralizza għal kollox lil ko-nazzjonali tagħha Nola Taylor. Ironikament kienu Depiro li ħadu l-vantaġġ wara trippla minn Samantha Brincat. Però minn hemm ‘l quddiem Luxol ħadu l-vantaġġ u qatt ma ħarsu lura. Huma bdew jirrispondu mal-ewwel u għamlu run ta’ 12-0 b’sitt punti minn Costa flimkien ma’ Bright u l-captain Mandi Mercieca. Depiro reġgħu wieġbu permezz ta’ trippla minn Maria Bonett. Luxol temmew l-ewwel sessjoni bi 13-6 minn fuq wara free-throw ta’ Costa u t-tieni taqsima bdiet bi trippla fuq kull naħa minn Brincat u Costa. Hawn Luxol kellhom run oħra tajba ta’ 14-2 b’erba’ baskets ta’ Bright flimkien ma’ Sarah Pace li kienet inkluża għal din il-partita. Hawn Depiro taw ħjiel li jistgħu jirkupraw meta għaqqdu break ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Brincat bil-Luxol jagħlqu l-perjodu b’basket ta’ Pace għal skor ta’ 32-18.

Wara l-intervall iżda minflok ir-reazzjoni ta’ Depiro reġgħu kienuLuxol li ħarġu aħjar mill-avversarji u fl-ewwel sitt minuti għamlu tlettax –il punt mingħajr risposta fejn kellhom tlett three pointers minn Pace, Becky Naudi u Steffi De Martino. Hawn waslu l-uniċi żewġ baskets ta’ Depiro minn Brincat u Taylor biex Luxol kienu 45-22 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Luxol bdew b’sitt punti oħra minn Bright u De Martino. Għal Depiro l-punti baqgħu ġejjin minn Brincat għalkemm kien hemm ukoll basket minn Gaby Mifsud. Luxol kellhom trippla oħra minn Costa u iktar punti minn Bright u De Martino biex rebħu l-partita 61-35. Fi tmiem il-partita s-Sinjura Maria Bugeja, Direttriċi ta’ St. James Hospital ippreżentat it-trofew lil captain ta’ Luxol Mandi Mercieca.

Tistgħu taraw ir-ritratti ta’ din il-finali fuq l-facebook page tal-MBA: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.490104974428319.1073741913.113448038760683&type=1

Pavi Depiro:N. Agius, G. Mifsud 2, D. Sammut , S. Brincat 24, M. Bonett 3, C. Camilleri, M. Mifsud, A. Borg, N. Taylor 4, N. Donoghue, S. Micallef 2, B. Zammit 5.

Caffè Moak Luxol: S.Pace 7, M. Mercieca 4, M. Caruana, B. Naudi 3, P. Ellul 1, G. Costa 17,  K. Portelli, S. De Martino 12, K. Baldacchino, P. Bright 17, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Teemu Helenius


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-bit-tieni-unur-tal-istagun/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.