Caffè Moak Luxol bil-ħames suċċess konsekuttiv

Monday, October 5, 2015, 18:29

Għaqda Ġurnalisti Sport Super Cup – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 53

Caffè Moak Luxol 69

(11-17)(11-22)(10-15)(21-15)

Caffè Mak Luxol rebħu l-ewwel unur tagħhom għal dan l-istaġun meta fil-finali tas-Super Cup huma għelbu lil Gżira Athleta 69-53. Dan kien is-seba’ suċċess ta’ Luxol f’din il-kompetizzjoni u l-ħames wieħed konsekuttiv. Għal Luxol kienu nieqsa Mandi Mercieca u Christine Curmi però kellhom wirja tajba Steffi De Martino u Sarah Pace li serqet diversi blalen fid-difiża. Athleta wrew progress mill-ħarġiet tat-tazza tal-Indipendenza però xorta ma kienx biżżejjed biex jegħlbu l-isfida tac-champions li b’hekk rebħu l-ewwel unur taħt it-tmexxija ta’ Charles Bonnici. Luxol bdew tajjeb meta fl-ewwel tlett minuti għamlu run ta’ 9-3 hekk kif kellhom il-punti ta’ Beverlee Zammit u Steffi De Martino flimkien ma’ trippla ta’ Sarah Pace. Għall-Athleta r-risposta ġiet minn trippla ta’ Leanne Sciberras u komplew bil-punti ta’ Denise Said Hollier biex ġabu l-iskor indaqs 9-9. Hawn Luxol reġgħu wieġbu bi break ta’ 8-0 b’punti ta’ Paula Ellul fost l-oħrajn biex temmew is-sessjoni 17-11. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa minn Antoinette Borg u Said Hollier għall-Athleta u Pace u Sophie Abela għal Luxol. De Martino kompliet bi trippla flimkien ma’ basket ta’ Joselle Borg Cardona u komplew b’run ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 39-22 minn fuq.

Wara l-intervall reġgħu kienu Luxol li bdew b’run ta’ 11-2 b’aktar punti minn De Martino u Ellul u fetħu vantaġġ doppju 50-25. Athleta kellhom il-punti ta’ Sciberras u Kelly Busuttil però Luxol temmew it-taqsima 54-32 minn fuq. Luxol żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni bi trippla ta’ Pace flimkien mal-baskets ta’ Zammit u Ellul. Trippla ta’ Said Hollier bdiet run ta’ 13-2 minn Athleta fejn kellhom ukoll punti minn Borg u Busuttil. Luxol waqqfuhom bi trippla ta’ Zammit hekk kif il-partita ntemmet b’baskets ta’ Sharon Vella bil-Luxol joħorġurebbieħa 69-53. Fi tmiem il-partita, is-Sur Mario Bonnici Viċi President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport ippreżenta t-trofew lil Sarah Pace.

Gżira Athleta: K. Busuttil 10, S. Pisani, L. Sciberras 7, D. Said Hollier 14, A. Borg 13, R. Sciberras, S. Vella 7, E. Pace, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, B. Zammit 10, N. Agius, J. Borg Cardona 6, C. Sollami,  S. De Martino 18, K. Portelli, S. Abela 7, P. Ellul 10, G. Costa 2, M. Darmanin, L. Serge.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Jennifer Mangani.

Ritratti: Andrew Large – MPC Photography: https://www.facebook.com/MPC-Photography-1514051275539716/timeline/





Leave a comment