Caffè Moak Luxol bil-ħames rebħa konsekuttiva

Tuesday, January 13, 2015, 17:04

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 60

Honey Athleta 53

(9-17)(9-16)(20-11)(22-9)

Pavi Depiro saħħew it-tieni post tal-klassifika meta għamlu d-double fuq it-team ta’ Honey Athleta. Iż-żewġ timijiet ippreżentaw il-formazzjoni tipika tagħhom għal din il-logħba bl-eċċezzjoni ta’ Sam Brincat li għadha nieqsa għal Depiro u mistennija li tirritorna wara l-finali tat-tazza Louis Borg. Athleta kellhom bidu mill-aqwa bil-punti ta’ Emma Moore u Amelia Simmons. Depiro wieġbu b’punti minn Gaby Mifsud u Maria Bonett iżda Athleta għalqy s-sessjoni fuq quddiem 17-9. Fit-tieni perjodu, Athleta żammew il-kontroll tal-logħba hekk kif huma kellhom aktar punti aktar minn Moore u Simmons u fit-tmien minuta kienu 27-13 minn fuq. Siarre Evans li kienet miżmuma sewwa mid-difiża tal-Athleta, wieġbet għal Depiro madankollu qabel l-intervall, Athleta kellhom il-punti minn Leanne Sciberras u Simmons għal punteġġ ta’ 33-18 fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni l-logħba nbidlet hekk kif finalment Evans bdiet tirċievi aktar il-ballun u sabet spazju fid-difiża tal-Athleta. Hi kellha żewġ trippli flimkien mal-punti minn Mifsud, Nicole Agius u Svetlana Micallef. Depiro naqqsu d-distakk għal sitt punti biss wara run ta’ 10-0. Fl-aħħar taqsima, Depiro komplew bl-istess ritmu u marru fuq quddiem għall-ewwel darba wara break ieħor ta’ 7-0 bi three pointers ta’ Evans u Agius. Athleta irnexxielhom jippareġjaw għal darb’oħra 49-49 iżda mbagħad Depiro għamlu run oħra ta’ 7-0 biex huma ħarġu rebbieħa b’distakk ta’ seba’ punti 60-53.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 10, R. Calleja, M. Bonett 4, N. Agius 13, M. Mifsud, S. Evans 27, S. Micallef 6, C. Ciantar.

Honey Athleta: E. Moore 18, L. Pirotta, S. Vella, L. Cassar, L. Sciberras 9, D. Said Hollier 1, A. Simmons 23, R. Sciberras, F. Farrugia, S.J. Barbara 2, C. Mifsud.

Referees: Gordon Barbara, Cesar Baena.

Caffè Moak Luxol 56

Hibs 49

(4-7)(7-6)(23-14)(22-22)

Fit-tieni partita c-champions Caffè Moak Luxol kisbu ħames rebħa tal-kampjonat wara s-suċċess kontra Hibs 56-49. Hibs kellhom lil player Caroline Schiavone tirritorna għal-logħob wara nuqqas ta’ xi snin u rritornat Julia Scerri. Fl-ewwel żewġ sessjonijiet kien hemm ftit punti x’tirrapporta hekk kif iż-żewġ timijiet ma laħqux il-livell mistenni minnhom. Fil-fatt Hibs rebħu l-ewwel sessjoni 7-4 wara li Luxol għamlu l-ewwel 4 punti tal-logħba fl-ewwel sitt minuti. Il-punti tal-Hibs ġew mis-seba’ minuta ‘l quddiem fejn bdiet Silvia Gambino flimkien ma’ Elena Cassar u Christina Grima. Fit-tieni perjodu ftit kien hemm titjib bil-Luxol ikollhom trippla minn Beverlee Zammit u l-punti minn Laekitha Alston u Paula Ellul. Hibs wieġbu b’punti minn Gambino, Cassar u Grima u fetħu vantaġġ ta’ basket fl-intervall fuq skor baxx ta’ 13-11.

Wara l-waqfa tal-halftime, l-logħba dehret li tkompli fuq l-istess ritmu hekk kif fl-ewwel ħames minuti ġew skurjati biss ħames punti. Luxol madankollu rnexxielhom jmorru fuq quddiem u mbagħad komplew b’run ta’ 11-2 run b’aktar punti minn Zammit u Alston. Hibs wieġbu bi trippla Gambino u l-punti minn Grima. Luxol kellhom aktar baskets minn Alston u minkejja trippla ta’ Ema Micallef, Luxol kienu fuq quddiem 34-27 fl-aħħar tat-taqsima. Fl-aħħar sessjoni, Luxol żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 12 -il punt 43-31 wara punti minn Steffi De Martino u trippla ta’ Zammit. Hibs għamlu sforz finali bi break ta’ 12-2 inkluż three pointers minn Micallef u Grima madankollu Luxol skorjaw il-free-throws finali tagħhom biex jiżguraw il-ħames rebħa tagħhom fuq skor finali ta’ 56-49.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 8, B. Zammit 14, M. Caruana, O. Visser,  S. De Martino 4, K. Portelli, J. Borg Cardona 2, P. Ellul 4, L. Alston 24, M. Darmanin, C. Curmi.

Hibs: E. Micallef 10, E. Cassar 15, S. Gambino 12, J. Xuereb, C. Schiavone, C. Grima 10, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 2, J. Scerri.

Referees: Clive Terribile, Gordon Barbara.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

5

5

0

10

297

230

Pavi Depiro

6

4

2

10

411

337

Honey Athleta

6

3

3

9

392

330

Hibs

6

2

4

8

341

322

DHL Phoenix

5

0

5

5

142

364





Leave a comment