Cadu` ta’ Balzan jirbaħ l-BOV Player tax-Xahar ta’ Ottubru

Friday, November 10, 2017, 13:16

Il-midfielder ta’ Balzan FC, Carlos Eduardo de Fiori Mendes huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2017.

Magħruf bħala Cadu`, il-Brażiljan ta’ 31 sena preżenza b’saħħitha fil-midfield ta’ Balzan permezz ta’ passaġġi preċiżi li jagħtu bidu għall-istrateġija offensiva tat-tim. Il-preżenza tiegħu f’nofs il-grawnd wasslet lil Balzan biex jagħtu l-ewwel telfa ta’ l-istaġun lil Gżira u kien protagonist fl-ewwel gowl fir-rebħa ta 2-1 fejn ġie wkoll ivvutat il-plejer tal-logħba.

Bernard Azzopardi, Maniġer tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal-Ottubru 2017lil Cadu` li għażel Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment