Caceres ta’ Senglea jirbaħ l-unur għal Jannar 2019

Tuesday, February 12, 2019, 14:12

Il-forma pożittiva li jinsabu fiha Senglea bħalissa, u li tathom it-tama li jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti bla dubju ngħatat spinta permezz tal-wirjiet eċċellenti ta’ Augusto Caceres.

Caceres skorja l-ewwel gowl ta’ Senglea għall-2019 fir-rebħa tagħhom ta’ 4-0 fuq Qormi. Fit-tlettax-il minuta tal-partita, Caseres interċetta tqassima minn Leighton Grech u b’ħeffa u ħila kbira għeleb lill-gowler Jamie Azzopardi meta b’daqqa ta’ ras stupenda tefa’ l-ballun fix-xibka.

Senglea ma setgħux ikollhom ftuħ aħjar kontra Mosta. Kien biss fir-raba’ minuta tal-partita, li Caseres sab l-ispazju fil-kaxxa ta’ Mosta u wara tqassima mingħand Gonzalo Leyton, għeleb lil Andreas Vella biex irreġistra t-tielet gowl tiegħu f’dan l-istaġun.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019 lil Caseres li għażel lil Creche tal-Ursolini biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment