Bupa Luxol u Tata Motors Loyola jmorru kif mistenni

Wednesday, March 28, 2012, 9:26

minn Colin Schembri

Placing Pool Div 1/Div 2

Bupa Luxol 93

Starlites 64

(25-17)(29-17)(24-15)(15-15)

 

Loyola vs Suns

Loyola vs Suns

Il-qabża evidenti bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni ħarġet f’dan l-ewwel konfront tal-placing pool fejn Bupa Luxol għelbu lil Starlites 93-64. Luxol mingħajr Jeron Belin li rritorna l-Istati Uniti għamlu użu għal ħin twil miż-żgħażagħ tagħhom pero’ xorta kienu superjuri għal Starlites li kollox ma kollox kellhom wirja tajba. Dan meta wkoll wieħed iqis li kienu mingħajr diversi players regolari bħal Robert Loporto, Chris Doublet, Chris Borg u Francois Bartolo u l-coach Sandro Farrugia sejjaħ għal-ewwel darba liż-żgħażagħ Ryan Rizzo u David Cilia. Luxol bdew il-partita b’run qawwija ta’ 16-2 pero’ minn hawn ‘l quddiem Starlies qasmu iktar il-logħob. Antoine Costa għamel trippla għal Luxol pero’ Starlites għalqu s-sessjoni b’sitt punti konsekuttivi għal skor ta’ 25-17. Fit-tieni sessjoni Luxol żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Lee Ross pero’ Saviour Bonnici wieġeb għal Starlites. Hawn Luxol għamlu run oħra ta’ 13-0 bi trippli ta’ CJ Cordina u Costa u baskets ta’ Tom Paris u Nicola Vasovic biex fl-intervall kienu 54-34 minn fuq.

Luxol kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tielet sessjoni f’run oħra ta’ 9-2 b’Robert Bonnici jwieġeb bi trippla għal Starlites. Hawn il-partita għaddiet minn fażi fejn iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin biex Luxol kellhom vantaġġ ta’ 29 punt 78-49. L-andament baqa’ l-istess fil-ftuħ tal-aħħar perjodu li kien l-iktar wieħed ta’ skor baxx. Luxol għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Matias Attard Montalto u baskets ta’ Stefan Capello pero’ kienu Starlites li għamlu l-aħħar 9 punti tal-partita biex Luxol ħarġu rebbieħa 93-64.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina 17, M. Mercieca 12, A. M. Trgona 13, L. Ross 6, A. Costa 8, N. Vasovic 6, T. Paris 9, M. A. Montalto 3, E. C. Montaldo, JP Bonnici 8, S. Capello 11.

Starlites: D. Cilia, R. Bonnici 19, R. Rizzo 10, S. Bonnici 19, A. Cutajar 2, D. Sultana 2, A. Schembri, A. Cutajar 4.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Tata Motors Loyola 88

Bell Net SN Suns 49

(25-10)(27-12)(23-11)(13-14)

 

Kif mistenni Tata Motors Loyola wkoll għelbu lit-team tat-tieni diviżjoni Bell Net SN Suns 88-49. Kif juri l-iskor Loyola kienu superjuri għall-avversarji u fl-ebda ħin ir-rebħa tagħhom ma kienet fid-dubju. Loyola kienu bil-formazzjoni solita tagħhom fil-waqt li Suns kienu mingħajr Daniel Agius, Simon Cauchi u Adrian Pace. Loyola bdew jimpustaw is-superjorita tagħhom sa mil-ewwel minuti bi trippli ta’ David Camilleri u baskets ta’ Anton Axiaq. Igor Marjanovic wieġeb għal Suns pero’ Loyola żiedu l-vantaġġ permezz ta’ baskets ta’ Rashanti Harris. Eżatt qabel tmiem is-sessjoni three pointer ta’ Shawn Pace minn nofs il-court għamel l-iskor 25-10 favur Loyola. Fit-tieni sessjoni Loyola baqgħu superjuri minkejja t-tibdil kontinwu mil-coachAlfred Mifsud. Kien hemm it-trippli ta’ Sean Borg, Billy Zammit u Stefan Vella b’Marjanovic  jibqa’ l-aħħar player attiv ta’ Suns bi Trevor Grech ukoll jagħmel trippla. Baskets ta’ Zammit għalqu s-sessjoni biex fl-intervall Loyola kienu 52-24 minn fuq.

It-tielet perjodu beda b’basket fuq kull naħa qabel ma Loyola għamlu run ta’ 15-0 bi trippla oħra ta’ Camilleri. Suns għalqu s-sessjoni bi break qasir ta’ 7-2 bit-tieni trippla ta’ Grech għal skor ta’ 75-35. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata u wara li Luke Azzopardi għamel trippla għal Loyola, Suns għamlu run ta’ 8-2 b’żewġ three pointers ta’ Robert Camilleri. Loyola għalqu l-partita bil-fast breaks rebħu l-partita 88-49.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace 11, B. Zammit 13, D. Camilleri 13, M. Cilia 2, S. Borg 9, L. Azzopardi 3, S. Vella 3, A. Axiaq 10, J.P. Azzopardi 4, J. Anastasi, J. Ransley 2, R. Harris 18

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 3, R. Camilleri 8, H. Agius 6, M. Barberi, T. Grech 6, R. Camilleri, I. Marjanovic 20.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro





15 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    Dawn Loghob zejjed… pero id distakk mhux daqshekk kbir ta … !!

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    Suggest that again you read the above articles. Div 1 teams are light years ahead of any Div 2 teams and i think none of the Div 2 teams have the will to ever join ranks with Div 1.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    ijwa ijwa dawn loghob zejjed hela ta flus ghal MBA !! imam still skor ma giex daqshekk distakat gara x gara …!!

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    sure that both Bupa and Loyola played their full bench

    Floriana Fan Reply:

    Of course Luxol played their bench, as one can notice CJ (C*nt of John) Cardona played a considerable amount of minutes, whereas this guy is normally a bench warmer and spends games staring at John Tabone’s behind. So yes, this does in fact confirm that Luxol used it’s full squad.

    karmnu Reply:

    cordina mhux cardona ccassat

    Truly Bball Lover Reply:

    Karmnu thider tifhem hafna int hux !!!

    karmnu Reply:

    iwa

    Truly Bball Lover Reply:

    b hekk tinheba wara isem ghax tifhem iktar min kulhadt :) meta fil verita tmaqdar u qadt ma ghidt xejn sew !!

    karmnu Reply:

    naghmel bhalek ux

    Truly Bball Lover Reply:

    icekja sew karmnu

    karmnu Reply:

    fejn niccekja l-insinwa biex nara jekk hemm’x xi hadd maghmmed taht l-isem “truly Bball Lover” jew?? Hallina minnek…karmnu isem reali…jezisti…ahjar ticcjeka ftit int…

  2. louis mizzi says:

    mela issa naraw 2 games bejn Luxol and Loyola for 5th and 6th place for Div one

    [Reply]

    karmnu Reply:

    hemm game 2 wkoll jaqq

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    dawn il lob best out of 3 minalija ta !!

    [Reply]

Leave a comment