Bupa Luxol u Pavi Depiro

Monday, December 17, 2012, 9:55

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

 

Bupa Luxol 65

Tata Motors Loyola 62

(14-11)(10-13)(23-20)(18-18)

 

Depiro vs Siggiewi

Depiro vs Siggiewi

Fl-ewwel preleminari mil-Bank of Valletta knock-out, il-holders Bupa Luxol għelbu bi tbatija lil Tata Motors Loyola 65-62 u issa jiltaqgħu kontra Floriana f’ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda. Loyola wara t-telfa minima kontra Athleta fit-tazza Louis Borg, tħabtu biex jerbħu l-partita u għal xi ħinijiet kienu wkoll fuq quddiem. Il-partita bdiet bil-Luxol jieħdu l-ewwel vantaġġ 6-4 pero’ Loyola wieġbu bi trippla ta’ Jean Paul Azzopardi biex marru minn fuq. Ir-risposta ta’ Luxol waslet minn Stepehen Shackleford u CJ Cordina bi three pointers ukoll biex temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 14-11. Fit-tieni perjodu Luxol kabbru d-distakk wara punti minn Jean Paul Bonnici pero’ Anton Axiaq u Antonio Sarrio wieġbu għall-Loyola. It-team ta’Alfred Mifsudmar minn fuq fid-disa’ minuta 24-22 pero freethrows ta’ Cordina qabel l-intervall raw lil Luxol jippareġjaw 24-24.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Shackleford għamel it-tieni trippla tiegħu flimkien ma żewġ baskets taż-żagħżugħ Stefan Capello. Luxol fetħu vantaġġ massimu ta’ 8 punti wara three pointer ieħor ta’ Shackleford bil-Loyola jirrispondu bi break ta’ 7-0 biex reġgħu waslu punt ‘l bogħod 37-38. Id-distakk baqa’ l-istess sad-disa’ minuta pero’ 3 punti minn Shackleford raw lil Luxol itemmu s-sessjoni 47-44 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Loyola ħadu l-vantaġġ wara trippli ta’ Azzopardi u basket ta’ Stefan Vella 52-49. Luxol għamlu seba’ punti mingħajr risposta minn Marco Mercieca u Jean Paul Schembri biex żewġ minuti mit-tmiem kienu 56-52 minn fuq. Shackleford ħalla lil Luxol fuq quddiem sal-aħħar nofs minuta u fl-aħħar sittax –il sekonda Billy Zammit bi trippla naqqas id-distakk għal punt 62-63 pero’ fl-aħħar attakk Loyola tilfu l-ballun u Luxol rebħu l-partita 65-62.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 9, M. Mercieca 3, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 30, JP Schembri 5, N. Vasovic 2, T. Paris, A. M. Trigona, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 12, S. Capello 4.

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 7, A.Timor Sarrio 20, C. Cassar, S. Borg 2, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 19, JP Azzopardi 12, M. Grech, J. Ransley, V. Nikolic.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Pavi Depiro 78

Siġġiewi 71

(20-22)(19-10)(18-19)(21-20)

 

Pavi Depiro saru l-aħħar semifinalisti tal-BOV Knock out meta għelbu lil Siġġiewi u issa jistennewhom fis-semifinali se jsibu lic-champions A to Z Electronics Athleta. Depiro ddominaw taħt il-boards fejn kontra s-soltu Chris Meier ta’ Siġġiewi ma kienx effettiv tant li ħa biss 3 rebounds bl-Amerikan Shawn Morgan jikseb total sabiħ ta’ 40 punt. Depiro kienu mingħajr Adrian Micallef u Abraham Portelli ma ħax sehem fil-partita. Karl Borg ħa post Peter Farrugia fuq il-bank ta’ Siġġiewi li kien indispost u rritornaw Louis Camilleri u Lee Grech imma kienu nieqsa Clayton Agius u Eman Xuereb. Wara li Depiro għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita, Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 9-0 pero’ Depiro baqgħu viċin bil-baskets ta’ Nigel Sultana u Emanuel Lupo. Lee Ross bi trippla ta vantaġġ t’4 punti lil Siġġiewi pero’ Depiro ġabu l-iskor indaqs b’baskets minn Morgan. Il-vantaġġ inbidel darbetjn qabel tmiem is-sessjoni wara trippli fuq kull naħa bis-Siġġiewi jtemmu fuq quddiem 22-20. Punti konsekuttivi ta’ Morgan fit-tieni sessjoni poġġew lil Depiro minn fuq bil-punti ta’ Siġġiewi jaslu biss minn Ross u Marco Matijevic. Depiro kellhom 7 punti, 4 minn technical fouls biex sal-intervall dawwru l-iskor favur tagħhom 39-32.

Wara l-mistrieħ Depiro kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Morgan u Andrew Aquilina 47-36 sat-tielet minuta. Siġġiewi ġew lura bi three pointers ta’ Ross u Matijevic pero’ Morgan kompla jiddomina fiż-żona avversarja u kien hu li għamel l-aħħar 8 punti ta’ Depiro biex fi tmiem il-perjodu huma kienu 57-51 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Depiro mal-ewwel żewġ minuti marru 10 minn fuq 61-51. Siġġiewi tħabtu biex jerġgħu jersqu viċin u kellhom it-trippli ta’ Alan Borg u Peter Shoults. Lejn it-tmiem b’sensiela ta’ freethrows minn Matijevic Siġġiewi resqu sa 4 punti ‘l bogħod 71-75 pero’ kienu Depiro li għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Morgan u Vella biex rebħu l-partita 78-71.

 

Pavi Depiro: R. Vella 9, N. Sultana 6, K. Kun, A. Aquilina 11, A. Portelli, D. Agius, E. Lupo 4, M. Mallia 2, I. Tanti 2, S. Morgan 40.

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 15, L. Camilleri, P. Shoults 9, A. Borg 11, L. Grech, C. Meier 8, M. Matijevic 28.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.

 





1 Comment

  1. joseph says:

    f’dawn is semifinali rajna d-debutt ta Karl Borg bhala coach u jkolli nghid kontra qalbi li Siggiewi kienu iktar organizzati.. issa naraw David Agius ikollux il gazz li jnehhi coach. ijdru fic-car li l-players kienu iktar kuntenti.
    Rajnih jibda jergha jimmutetja lil david min gos supporters…imsomma issa zmien il-kummidji….. ghal darba ohra prosit Luxol talli rbahtu lil Fredu,….

    [Reply]

Leave a comment