- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bupa Luxol u Floriana Royce joffru partita mill-isbaħ

Posted By sportinmalta1 On October 28, 2013 @ 4:17 pm In Basketball,Featured | 11 Comments

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

minn Colin Schembri

Remax Citadel Siġġiewi 44

A to Z Electronics Athleta 73

(11-24)(8-11)(11-20)(14-18)

A to Z Electronics Athleta kellhom wirja ferm posittiva b’mod speċjali il-koppja Michael Naudi u l-Kanadiż Chat Patus f’partita li kellhom lil Kristin Baldacchino nieqes. Huma għelbu lil Remax Citadel Siġġiewi 73-44 biex rebħu Grupp B u fl-istess ħin Starlites ikkonfermaw posthom fis-semifinali. L-eleminazzjoni ta’ Siġġiewi tista titqies bħala sorpriża għalkemm huma ġew affetwati mir-regola tal-player ta’ taħt it-23 sena hekk kif il-players li huma kellhom qatt ma kienu ħadu sehem fl-ewwel diviżjoni. Athleta kellhom bidu mill-aqwa speċjalment bil-punti ta’ Naudi u Patus u f’nofs is-sessjoni kienu diġa 15-4 minn fuq. Siġġiewi kellhom il-punti minn Steve Sammut fosthom trippla flimkien ma’ basket ta’ Lee Ross però Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Omar Said u Naudi biex rebħu l-ewwel sessjoni 24-11. Il-punti naqsu xi ftit fit-tieni sessjoni għalkemm Siġġiewi rnexxielhom għall-ewwel darba fil-partita jagħmlu żewġ baskets konsekuttivi. Patus għamel trippla għall- Athleta biex kompla jkabbrilhom il-vantaġġ sal-intervall 33-19.

Wara l-mistrieħ ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ma waslitx hekk kif Athleta għamlu l-ewwel sitt punti permezz ta’ David Bugeja, Said u Naudi. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn basket ta’ Klimis Kodomaris u żewġ trippli ta’ Alan Borg. Fl-aħħar minuta Said għamel trippla wkoll favur Athleta li temmew il-perjodu 55-30 minn fuq. Bil-partita diġa deċiża, ir-raba’ sessjoni kienet biss formalita hekk kif iż-żewġ coaches taw iktar spazju lil players ta’ fuq il-bank. Il-punti bdew ġejjin bil-mod fuq kull naħa kemm minn Kodomaris għal Siġġiewi u Patus u Said għall- Athleta. Il-partita għalqet b’basket ta’ Noel Falzon għal Siġġiewi b’Athleta jerbħu l-partita 73-44.

Remax Citadel Siġġiewi: G. Coleiro 3, A. Debattista, S. Sammut 9, C. Sammut 2, S. Mamo, L. Camilleri, A. Borg 8, L. Ross 4, J.P. Antoncic, N. Falzon 2, C. Kodomaris 14, M. Matijevic 2.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 20, H. Soufian, D. Bugeja 4, C. Patus 31, M. Giusti, W. Spiteri, O. Said 13, S. Pace, B. Bartolo, S. Schembri 5.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri, Steve Gouder.

Bupa Luxol 75

Floriana Royce 76
(17-20)(19-22)(10-19)(29-15)

F’dik li sal-lum kienet l-isbaħ partita tal-istaġun ic-champions Floriana Royce għelbu lil Bupa Luxol 76-75 fejn l-eċitament baqa’ sejjer sal-aħħar ftit sekondi tal-logħba. Partita li fiha spikkaw il-players Amerikani Derek Elston ta’ Floriana u Micheal Myers Keitt li bejniethom għamlu 78 punt – 33 għal Elston u 45 għal Myers Keitt. Luxol ma ċedewx minkejja li fi tmiem it-tielet perjodu kienu 15 –il punt minn taħt. Floriana bdew tajjeb u marru 8-2 minn fuq bi tlett baskets ta’ Elston u ieħor ta’ Sean Borg. Ir-risposta ta’ Luxol bdiet ġejja kontinwament minn Keitt li għamel 8 punti f’run ta’ 8-2. Peter Shoults u Elston kellhom trippla għal Floriana fi break ta’ 7-0 però fl-aħħar minuta u nofs Keitt flimkien ma’ Nikola Vasovic għamlu 5 punti għal Luxol biex is-sessjoni ntemmet bil-Floriana minn fuq 20-17. CJ Cordina għamel l-ewwel basket ta’ Luxol fit-tieni taqsima biex qarreb lit-team tiegħu punt taħt l-avversarji.Hawn ic-champions kellhom run oħra ta’ 10-0 bi tlett baskets ta’ Dirk Schembri u tnejn ta’ Elston biex marru 30-19 minn fuq. Luxol reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Myers Keitt fosthom trippla biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 30-35. Qabel l-intervall iż-żewġ Amerikani kellhom three pointer kull wieħed biex fl-intervall Floriana kienu sitta minn fuq 42-36.

Wara l-mistrieħ Luxol bdew bil-punti ta’ Adrian Micallef fosthom trippla wasli sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 42-44. Hawn Floriana kellhom run ta’ 17-4 bi trippla ta’ David Camilleri flimkien ma’ punti minn Schembri, Elston u Borg biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 61-46. Fl-aħħar sessjoni, reġgħu bdew ġejjin il-punti ta’ Myers Keitt u Luxol għamlu break ta’ 8-3. Wara basket ta’ Schembri għal Floriana, Luxol kellhom sitt punti oħra minn Cordina u Keitt. Wara trippla minn Jean Paul Schembri għal Luxol fid-disa’ minuta, Floriana kellhom il-punti ta’ Schembri u Camilleri biex rathom jibdew l-aħħar minuta 74-67 minn fuq. F’temp ta’ ftit sekondi Luxol kellhom trippla ta’ Vasovic u basket ta’ Marco Mercieca biex naqqsu d-distakk għal basket 72-74. Foul fuq Shoults issarraf f’żewġ freethrows mill-istess player u sa’ tmiem il-partita kien għad fadal ċans għal trippla oħra ta’ Keitt però l-ħin kien kontrijhom għax kien għad fadal biss tlett sekondi u Floriana rebħu l-partita 76-75.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 8,  M. Mercieca 2, A. Micallef 6, E. Bonello, A. Micallef Trigona, ,J.P. Schembri 3, N. Vasovic 9, T. Paris, M. Myres Keitt 45, J. Willoughby, J.P. Bonnici, S. Capello 2.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 33, D. Camilleri 6, P. Shoults 5, S. Borg 12, J. Curmi, C. Calleja, D. Schembri 20, S. Saakian, D. Agius .

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Steve Gouder


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bupa-luxol-u-floriana-royce-joffru-partita-mill-isbah/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.