Bupa Luxol u Floriana Royce joffru partita mill-isbaħ

Monday, October 28, 2013, 16:17

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

minn Colin Schembri

Remax Citadel Siġġiewi 44

A to Z Electronics Athleta 73

(11-24)(8-11)(11-20)(14-18)

A to Z Electronics Athleta kellhom wirja ferm posittiva b’mod speċjali il-koppja Michael Naudi u l-Kanadiż Chat Patus f’partita li kellhom lil Kristin Baldacchino nieqes. Huma għelbu lil Remax Citadel Siġġiewi 73-44 biex rebħu Grupp B u fl-istess ħin Starlites ikkonfermaw posthom fis-semifinali. L-eleminazzjoni ta’ Siġġiewi tista titqies bħala sorpriża għalkemm huma ġew affetwati mir-regola tal-player ta’ taħt it-23 sena hekk kif il-players li huma kellhom qatt ma kienu ħadu sehem fl-ewwel diviżjoni. Athleta kellhom bidu mill-aqwa speċjalment bil-punti ta’ Naudi u Patus u f’nofs is-sessjoni kienu diġa 15-4 minn fuq. Siġġiewi kellhom il-punti minn Steve Sammut fosthom trippla flimkien ma’ basket ta’ Lee Ross però Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Omar Said u Naudi biex rebħu l-ewwel sessjoni 24-11. Il-punti naqsu xi ftit fit-tieni sessjoni għalkemm Siġġiewi rnexxielhom għall-ewwel darba fil-partita jagħmlu żewġ baskets konsekuttivi. Patus għamel trippla għall- Athleta biex kompla jkabbrilhom il-vantaġġ sal-intervall 33-19.

Wara l-mistrieħ ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ma waslitx hekk kif Athleta għamlu l-ewwel sitt punti permezz ta’ David Bugeja, Said u Naudi. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn basket ta’ Klimis Kodomaris u żewġ trippli ta’ Alan Borg. Fl-aħħar minuta Said għamel trippla wkoll favur Athleta li temmew il-perjodu 55-30 minn fuq. Bil-partita diġa deċiża, ir-raba’ sessjoni kienet biss formalita hekk kif iż-żewġ coaches taw iktar spazju lil players ta’ fuq il-bank. Il-punti bdew ġejjin bil-mod fuq kull naħa kemm minn Kodomaris għal Siġġiewi u Patus u Said għall- Athleta. Il-partita għalqet b’basket ta’ Noel Falzon għal Siġġiewi b’Athleta jerbħu l-partita 73-44.

Remax Citadel Siġġiewi: G. Coleiro 3, A. Debattista, S. Sammut 9, C. Sammut 2, S. Mamo, L. Camilleri, A. Borg 8, L. Ross 4, J.P. Antoncic, N. Falzon 2, C. Kodomaris 14, M. Matijevic 2.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 20, H. Soufian, D. Bugeja 4, C. Patus 31, M. Giusti, W. Spiteri, O. Said 13, S. Pace, B. Bartolo, S. Schembri 5.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri, Steve Gouder.

Bupa Luxol 75

Floriana Royce 76
(17-20)(19-22)(10-19)(29-15)

F’dik li sal-lum kienet l-isbaħ partita tal-istaġun ic-champions Floriana Royce għelbu lil Bupa Luxol 76-75 fejn l-eċitament baqa’ sejjer sal-aħħar ftit sekondi tal-logħba. Partita li fiha spikkaw il-players Amerikani Derek Elston ta’ Floriana u Micheal Myers Keitt li bejniethom għamlu 78 punt – 33 għal Elston u 45 għal Myers Keitt. Luxol ma ċedewx minkejja li fi tmiem it-tielet perjodu kienu 15 –il punt minn taħt. Floriana bdew tajjeb u marru 8-2 minn fuq bi tlett baskets ta’ Elston u ieħor ta’ Sean Borg. Ir-risposta ta’ Luxol bdiet ġejja kontinwament minn Keitt li għamel 8 punti f’run ta’ 8-2. Peter Shoults u Elston kellhom trippla għal Floriana fi break ta’ 7-0 però fl-aħħar minuta u nofs Keitt flimkien ma’ Nikola Vasovic għamlu 5 punti għal Luxol biex is-sessjoni ntemmet bil-Floriana minn fuq 20-17. CJ Cordina għamel l-ewwel basket ta’ Luxol fit-tieni taqsima biex qarreb lit-team tiegħu punt taħt l-avversarji.Hawn ic-champions kellhom run oħra ta’ 10-0 bi tlett baskets ta’ Dirk Schembri u tnejn ta’ Elston biex marru 30-19 minn fuq. Luxol reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Myers Keitt fosthom trippla biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 30-35. Qabel l-intervall iż-żewġ Amerikani kellhom three pointer kull wieħed biex fl-intervall Floriana kienu sitta minn fuq 42-36.

Wara l-mistrieħ Luxol bdew bil-punti ta’ Adrian Micallef fosthom trippla wasli sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 42-44. Hawn Floriana kellhom run ta’ 17-4 bi trippla ta’ David Camilleri flimkien ma’ punti minn Schembri, Elston u Borg biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 61-46. Fl-aħħar sessjoni, reġgħu bdew ġejjin il-punti ta’ Myers Keitt u Luxol għamlu break ta’ 8-3. Wara basket ta’ Schembri għal Floriana, Luxol kellhom sitt punti oħra minn Cordina u Keitt. Wara trippla minn Jean Paul Schembri għal Luxol fid-disa’ minuta, Floriana kellhom il-punti ta’ Schembri u Camilleri biex rathom jibdew l-aħħar minuta 74-67 minn fuq. F’temp ta’ ftit sekondi Luxol kellhom trippla ta’ Vasovic u basket ta’ Marco Mercieca biex naqqsu d-distakk għal basket 72-74. Foul fuq Shoults issarraf f’żewġ freethrows mill-istess player u sa’ tmiem il-partita kien għad fadal ċans għal trippla oħra ta’ Keitt però l-ħin kien kontrijhom għax kien għad fadal biss tlett sekondi u Floriana rebħu l-partita 76-75.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 8,  M. Mercieca 2, A. Micallef 6, E. Bonello, A. Micallef Trigona, ,J.P. Schembri 3, N. Vasovic 9, T. Paris, M. Myres Keitt 45, J. Willoughby, J.P. Bonnici, S. Capello 2.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 33, D. Camilleri 6, P. Shoults 5, S. Borg 12, J. Curmi, C. Calleja, D. Schembri 20, S. Saakian, D. Agius .

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Steve Gouder





11 Comments

  1. Michael Caruana says:

    Verament dizappuntanti li tara lis-Siggiewi jgibu dawn ir-rizultati. Jidher car li l-medicina Karl Borg mhijiex qeda tahdem u anzi hemm iktar firda u qasma fit-team.
    Nahseb li zball kbir li sar, u forsi hawnhekk naghtu l-beneficcju tad-dubju lil Karl ghax jista jkun li d-decizjoni ittiehdet mill-amministrazzjoni tal-Club, kien li inbiegh Peter Shoults u minfloku ingiebu l-ahwa Sammut. Peter kien il-qalb u mutur tat-team. Player li jilghab ghall-flokk, player li jaghtik qalbu u anke iktar bir-riskju li jwegga, insomma Club Man. Is-siggiewi helsu minnu biex gabu zewg mercenarji bhal Chris u Steve Sammut li kulhadd jaf kemm ghandhom karattru difficli u kemm jilghabu ghalihom infushom. Nahseb li l-Furjana kienu intelligenti bizzejjed sabiex jehilsu minnhom qabel ma l-problema saret akbar.
    Pero imbghad wiehed ihares lejn il-players l-ohra tas-siggiewi. Lee Ross – player li bil-fatti gie sospiz minhabba drogi u inzamm. Dan zball – bhal ma hu zball meta l-Atleta jilghabu lil Matthew Zammit li fil-waterpolo inqabad bid-drogi fil-passat.
    Matjevic m’ghadux il-player li kien meta kien mal-Luxol u fl-ewwel snin tas-Siggiewi – ghalfejn inzamm wiehed ma jistax jifhem.
    Kodomaris – kien tajjeb fis-second meta gieli rajtu jilghab pero mhuwiex lest li jilghab fil-first specjalment kontra players bhal Patus u anke Todorovic biex ma ninsewx tal-Luxol u Floriana.
    Alan Borg – player li jilghab b’mod mahmug u jara kif iwegga hadd iehor – nesa x’ghadda minnu hu stess meta tajjar irkopptu. Player bhal dak m’ghandux ghalfejn imiss il-court.
    Imbghad hemm Louis li bhala karattru inxebbhu ma Peter – jilghab ghall-Club u leali pero ma jinghatax ir-rispett li haqqu – sfortunatament forsi wasal iz-zmien li jmur ma Club iehor.
    Dawn huma l-ingredjenti li bihom Karl Borg irid jahmi t-team kull gimgha, u meta wiehed iqis il-karattru ta’ Karl allura wiehed jinduna x’qieghed jigri…hasra s-Siggiewi ma haqqux hekk.

    [Reply]

    brimba Reply:

    Michael qed timmisja punt importanti hafna….
    Wara li David Agius, Peter u l-ohrajn waqfu mill-club kien hemm cans kbir li SIggiewi ma jkomplux. Karl ha l-inizzjativa ghaqqad kumitat gdid, gab players godda u sponsors godda. Kellhom jittiehdu xi decizjonijet iebsa bhal ma kienet ta’ Shoults. Nasal biex naqbel mieghek ghax Peter huwa player enormi. Pero kien hemm players li ghamlu l-kundizzjoni li jew hu jew huma. Kull decizjoni li tittiehed twegga lil xi hadd. 
    Jien iktar hsibtek se turi dizappunt ghal mod kif Peter l-iehor issa qieghed fuq il-bank tal-Athleta!! L-istess bank li minn fuqu tghidx kemm hareg taghjjir lejh u lejn is-Sigggiewi kollhu.
    Naqbel mieghek fuq Matijevic. Ghalija missu telaq immedjatament. Imma ma tistax taghmel kollox f’daqqa. Jien naqbel ma Joseph. Ejja naghtu cans. Il-kummenti tieghek kienu jkunu iktar korretti lejn Jannar/Frar. Issa wara 2 loghbiet ma tistax tiggudika. Plus li f’dawn il-loghbiet Siggiewi laghbu b’4 players ghax ma kellhomx u23 sura. Issa nitkellmu Jannar/Frar mela wara zewg loghbiet…sakemm m’ghandekx xi agenda mohbija.

    [Reply]

    Michael Caruana Reply:

    L-unika agenda hi li meta nigi Ta Qali nixtieq nara loghob sabih.

    Nifhem il-punt tieghek pero nahseb li jannar ikun tard wisq minhabba t-trasferimenti.

    Rigward David Agius – iva dak kien parti kbira mill-problema wkoll pero ma jfissirx li ghax Karl ghaqqad kumitat gdid dan jaghmlu kowc tajjeb. Imma nirriservaw il-gudizzju ghall-ahhar ta Dicembru.

    Peter Farrugia – ejja naqblu li ma naqblux. Peter kien ihobb il-Club u nemmen li fil-qiegh ta qalbu ghadu jimmisjana. Pero l-mod kif gie trattat wassal ghal dan. Wara kollox Peter mar ma wiehed mill-aqwa coaches li ghanda Malta. Nittamaw li Peter jitghallem u jerga jigi lura.

    [Reply]

    FlorianaFan Reply:

    never compare Peter to Chris. If we did not have Sammut last year, we would not have lift the trophy! Shoults is nothing compared to him and bringing him & and his family to Floriana is only a big distraction to the team, committee and supporters

    [Reply]

    BasketballFan Reply:

    I think your name should show your true colours! It should be Siggiewi Fan or Chris Fan. In both your comments you are contradicting yourself! Do yourself  a favour and don’t bother with commenting about the true Floriana Fans. Considering new players, the Floriana team is teaming up to their fans expectations. With more hard work and effort they have the chance to lift the cup again. GO! GO! FLORIANA BOYS! 

    [Reply]

    Erik DeBattista Reply:

    I am the PRO for Floriana Basketball Club, and I speak on behalf of the club.

    I want to make it clear that FlorianaFan is not a member of the club and we have no idea who this person is. Hence he is not speaking on behalf of the club.

    The club is VERY happy with Peter Shoults both as a player and as a Man, as are all Floriana followers and supporters. He has in a short time become part of our family.

    I urge FlorianaFan to speak under his true name and focus on Siggiewi without mentioning other clubs, especially US.

    I also want to make it clear that we have no problem whatsoever with Siggiewi, their committee and their players. There is only a healthy rivalry between us as it should be. As for Chris Sammut, as I had written at the start of this season, we respect Chris a lot and he will NEVER be forgotten at Floriana.

    [Reply]

  2. joseph says:

    have to agree with brimba, Karl is doing a good job.  At least he has the guts to take off players who are not performing and introduce other players. In the pre season tournament he was the only coach that gave time to everyone. Pay attention as Siggiewi are not dead at all. Give them time,, they must gel to each other. For once m in favour of Karl Borg…. If the team will show his character as he use to show in court., Siggiewi will be one of the main contenders…. By the way good job to sliema 

    [Reply]

  3. chris says:

    this is uncalled for on both points,  its not basketball,  if dont have something constructive to say then don’t say it 

    [Reply]

  4. brimba says:

    Din li kulhadd jattakka lil Karl tridu taqtawha ta!!! Karl wiret tim imfarrak u min farrku llum telaq il-vapur u li kien ghalih kien jeghreq. Li ma kienx ghall Karl li gabar il-frak li hallew warajhom ta qablu llum fil-first hames timijiet hemm. Mhux perfett pero rridu naghtu cans. L-ikbar problema li ghandu huwa l-MAKI. Jekk jehles minnu zgur li t-team ikun hafna ahjar. Issa nistennew il-Ggant forsi jtajjru minn hemm. Jew Amerikan bil-**** u taraw kif it-team jinbidel!!!

    [Reply]

  5. Ernesto says:

    Siggiewi need to realise that they have one borg too many. karl either u or brother, if you want to win take ur brother out. 

    [Reply]

    FlorianaFan Reply:

    I will have to say that I agree with what you are writing. My opinion is also that everyone pretends more from Chris and Lee to lead this team. Till now they do not show their full pottential

    [Reply]

Leave a comment