Bupa Luxol u Floriana Francesco Fenech itemmu bir-rebħ

Monday, October 29, 2012, 9:05

minn Colin Schembri

 

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

Bupa Luxol 69

A to Z Electronics Athleta 66

(13-17)(17-8)(19-18)(20-23)

 

Luxol vs Athleta

Luxol vs Athleta

F’partita kkarateriżżata minn numru kbir ta’ three pointers, Bupa Luxol għelbu lil A to Z Electronics Athleta 69-66 pero’ ma rnexxielhomx jikkwalifikaw għas-semifinali. Għal Luxol irritorna Andrew Micallef Trigona fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Micheal Naudi fil-waqt li Addison Bonnici għadu ma rkuprax mil-injury li sofra fil-pre-season tournament. Wara li Luxol għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita, Athleta wieġbu b’run ta’ 12-0 b’punti ta’sas-sitt minuta. Luxol wieġbu b’basket minn Nikola Vasovic. Athleta żiedu l-vantaġġ b’iktar punti ta’ Marco Todorovic pero’ kienu Luxol li kellhom l-aħjar tmiem wara punti minn CJ Cordina u Stephen Shackleford biex temmew is-sessjoni 4 minn taħt 13-17. Fit-tieni perjodu bdew ġejjin l-ewwel trippli ta’ Luxol permezz ta’ Vasovic u Shackleford biex marru 4 minn fuq 23-19. Il-punti ta’ Athleta komplew ġejjin primarjament minn Todorovic pero’ Shacleford għamel it-tieni trippla tiegħu. Eżatt ma’ tmiem is-sessjoni, Cordina għamel trippla biex Luxol daħlu jistrieħu 5 minn fuq 30-25.

Wara l-intervall bdew ġejjin it-three pointers tal- Athleta wkoll fejn beda Kristin Baldacchino u kompla David Bugeja biex reġgħu marru 35-32 minn fuq. Luxol irkupraw għal darb’oħra permezz ta’ Cordina li kellhu partita verament tajba. Luxol għamlu run ta’ 16-2 biex fit-tmien minuta kienu 47-37 minn fuq. Athleta naqqsu d-distakk bi trippli ta’ Omar Said u Bugeja imma Luxol kienu għadhom fuq quddiem fi tmiem il-perjodu 49-43. Fit-tielet minuta tal-aħħar sessjoni, Athleta ppareġjaw wara punti ta’ Steve Schembri u Said b’żewġ trippli 51-51. Luxol ma ċedewx u għamlu break ieħor ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Vasovic u oħra ta’ Cordina. Said u Schembri reġgħu wieġbu għal Athleta u fl-aħħar minuta d-distakk kien ta’ 4 punti bil-Luxol dejjem minn fuq 67-63. Huma kkontrollaw l-aħħar ħinijiet u minkejja l-ħames trippla ta’ Said, Luxol irnexxielhom joħorġu rebbieħa 69-66.

           

Bupa Luxol: C.J. Cordina 23, M. Mercieca 4, J. Willoughby, A. Said, S. Shackleford 20, A. Micallef Trigona, N. Vasovic 20, T. Paris, E. Bonello, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 2, S. Capello

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 13, M. Todorovic 18,  M. Giusti, Z. Borg,  O. Said 16, S. Pace, A. Bonnici, K. Baldacchino 11, S. Schembri 8

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

Tata Motors Loyola 55
Floriana Francesco Fenech 68

(13-15)(10-17)(10-16)(22-20)

 

Floriana Francesco Fenech kisbu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Tata Motors Loyola biex għaddew għas-semifinali bħala runners up ta’ grupp 2 u issa jiltaqgħu kontra Athleta. Huma kellhom nieqes lil Dirk Schembri fil-waqt li Loyola kellhom l-istess formazzjoni tal-aħħar ħarġa. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u wara 4 minuti kien hemm parita 4-4. Floriana marru minn fuq wara baskets minn David Camilleri u Chris Sammut 11-6. Huma żiedu l-vantaġġ pero’ lejn it-tmiem Loyola għamlu 5 punti fosthom trippla ta’ Billy Zammit għal skor ta’ 15-13. Floriana reġgħu kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara żewġ baskets minn Philipp Thomas. Loyola wieġbu bi break ta’ 7-0 bit-tieni trippla ta’ Zammit madankollu Floriana reġgħu marru minn fuq wara li trippla ta’ Sassoun Saakina fetħitilhom run ta’ 13-3 li wasslithom sal-intervall b’vantaġġ ta’ 9 punti 32-23.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjojni kien hemm bilanċ bil-punti jaslu fuq kull naħa. Kien l-Amerikan Thomas li baqa’ l-iktar attiv għal Floriana bi tlett baskets konsekuttivi b’Jean Paul Azzopardi jwieġeb għall-Loyola. Punti ta’ Sammut u Thomas raw lil Floriana jtemmu l-perjodu 48-33 minn fuq. Huma żammew dan id-distakk sat-tielet minuta tal-aħħar sessjoni wara punti minn Saakian u Thomas. Clint Cassar u Azzopardi għamlu trippla kull wieħed għall-Loyola biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 46-56 sa nofs is-sessjoni. Floriana reġgħu rkupraw b’run ta’ 7-1 u fl-aħħar ħinijiet huma kkontrollaw l-isforzi finali ta’ Loyola biex rebħu l-partita 68-55.

 

Tata Motors Loyola: V. Nikolic, B. Zammit 17, C. Borg, C. Cassar 8, L. Azzopardi 3, S. Vella, A. Axiaq 9, JP Azzopardi 16, M. Grech, J. Ransley 2.

Floriana Francesco Fenech: G. Szokreny, D. Camilleri 4, C. Sammut 16, I. Mercieca, S. Sammut 5, C. Calleja 4, P. Thomas 24, M. Ciantar 4, S. Saakian 7.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Steve Gouder

 





Leave a comment