Bupa Luxol u AtoZ Electronics Athleta jibdew bir-rebħ

Friday, March 28, 2014, 13:23

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL PLAYOFFS

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 77

Bupa Luxol 89

(18-23)(19-16)(10-24)(30-26)

Bupa Luxol ikkonfermaw il-mument posittiv li għaddejin minnhu

Micheal Myers Keitt Bupa Luxol

meta fl-ewwel semi-finali tal-play-offs għelbu lil Pavi Depiro 89-71 fejn għal darb’ohra spikkaw għalijhom l-Amerikan Micheal Myres Keitt u Samuel Deguara. Depiro kienu intlaqtgħu bl-injuries f’mument kruċjali tal-istaġun fejn tilfu s-servizzi ta’ Andrew Aquilina u Isaac Tanti biex issa l-coach Mario Tabone għandu iktar diffikulta biex ibiddel il-players. Il-bidu tal-partita kien f’idejn Luxol li bl-ewwel punti ta’ Myres Keitt u Deguara marru 9-4 minn fuq wara l-ewwel tlett minuti. Depiro wieġbu bil-baskets tal-Awstraljan Matthew Adekponya biex resqu viċin iżda trippla ta’ Myres Keitt żiedet il-vantaġġ ta’ Luxol. Sam Bartolo wkoll kellhu trippla għal Depiro flimkien ma oħra mal-buzzer minn tlett kwarti ta’ court minn Adekponya li għalqet l-ewwel sessjoni 23-18 favur Luxol. Dan it-three pointer għolla l-moral tad-Depiro li sat-tielet minuta tat-tieni perjodu għamlu l-iskor indaqs 26-26 wara punti ta’ Anton Axiaq, Nigel Sultana u Bartolo. Luxol wieġbu permezz ta’ Deguara u Nikola Vasovic biex reġgħu marru minn fuq 33-28. Hawn Depiro kellhom seba’ punti konsekuttivi kollha minn Roderick Vella fosthom trippla u marru minn fuq għall-ewwel darba 35-33 fis-seba’ minuta. Huma żammew dan il-vantaġġ sakemm Luxol għamlu ħames free-throws konsekuttivi biex daħlu jistrieħu 39-37 minn fuq.

Fit-tielet perjodu kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Luxol għamlu run importanti ta’ 14-2 bil-punti kollha jaslu mill-koppja Deguara u Myres Keitt. Għal Depiro kien Adekponya li beda jitħabat però Luxol żiedu l-vantaġġ b’żewġ baskets oħra ta’ Myres Keitt biex fi tmiem it-taqsima kienu 63-47 fuq quddiem. Fl-aħħar perjodu Depiro għamlu sforz ieħor biex inaqqsu d-distakk u jersqu viċin tal-avversarji. Huma għamlu run ta’ 10-2 b’żewġ trippli ta’ Vella biex naqqsu l-iżvantaġġ għal 10 punti 57-67. Myres Keitt wieġeb bi trippla għal Luxol bid-Depiro jkollhom il-punti ta’ Adekponya u  Axiaq. Depiro waslu sa seba’ punti ‘l bogħod 69-76 però Deguara għamel trippla kruċjali għal Luxol meta dehru li se jitilfu pussess għalkemm Vella wieġeb b’ohra għal Depiro. Fl-aħħar żewġ minuti, Luxol kellhom break iehor ta’ 8-0 li bdewh bi trippla ta’ Myres Keitt biex rebħu l-partita 89-77.

Pavi Depiro: R. Vella 20, M. Adekponya 28, N. Sultana 9, A. Portelli, S.P. Bartolo 9, A. Axiaq 11, E. Lupo, M. Agius.

Bupa Luxol: C.J. Cordina,  M. Mercieca 3, A. Micallef 1, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri, N. Vasovic 10, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 41, A. Micallef Trigona, S. Deguara 32, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.

AtoZ Electronics Athleta 83

Remax Citadel Siġġiewi 78

(18-16)(19-26)(24-13)(22-23)

AtoZ Electronics Athleta u Remax Siġġiewi Citadel offrew semi-finali verament sabiħa u eċitani li baqgħet miftuħa sal-aħħar ħinijiet tant li fl-aħħar minuta kien għad hemm parita ta’ 76-76. Athleta kellhom mument tajjeb wara l-intervall fejn Chad Patus ħarbat id-difiza ta’ Siġġiewi li sa dak il-ħin kienet qiegħda tikkontrolla tajjeb. Siġġiewi kellhom foul trouble kbir hekk kif il-players twal tagħhom spiċċaw kollha fouled out bl-ewwel wieħed ikun Ivo Hoger li kellu msaffra erba’ fouls minn ħamsa fl-attakk. Il-partita kienet missielta u bdiet bis- Siġġiewi jieħdu l-ewwel vantaġġ 9-6 wara trippla ta’ Lee Ross. Athleta wieġbu b’baskets minn Omar Said, David Bugeja u Michael Naudi u ħadu l-vantaġġ. Siġġiewi kellhom il-baskets ta’ Hoger u Steve Sammut flimkien ma’ trippla ta’ Ross però qabel intemmet is-sessjoni Said poġġa lil Athleta minn fuq 18-16. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Said u baskets ta’ Patus u Shawn Pace. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Hoger però Athleta fetħu vantaġġ ta’ disa punti f’nofs it-taqsima 33-24. Siġġiewi rkupraw u għamlu run ta’ 11-2 b’żewġ three pointers minn Eman Xuereb  u Ross u ġabu l-iskor indaqs 35-35 u komplew b’seba’ punti qabel intemmet is-sessjoni fosthom trippla oħra ta’ Ross biex daħlu jistrieħu 42-37 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni sploda l-Kanadiż Chad Patus li kien perfett mill-freethrow line u sat-tielet minuta Athleta kienu diġa dawwru l-iskor favur tagħhom 45-44. Hoger reġa poġġa lil Siġġiewi minn fuq 50-49 fis-sitt minuta iza hawn Athleta għamlu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Patus u Said għal skor ta’ 61-50. Siġġiewi għamlu reazzjoni u kisbu ħames punti minn Hoger u t-taqsima ntemmet bl-Athleta fuq quddiem 61-55. Fl-aħħar perjodu reġa kien hemm ftuħ tajjeb minn Athleta b’ħames punti ta’ Said bi trippla. Siġġiewi ma ċedewx u għamlu break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Sammut biex fis-sitt minuta waslu sa basket taħt l-avversarji 66-68. Athleta kellhom il-freethrows ta’ Naudi, Patus u Steve Schembri biex żammew il-vantaġġ strett li kellhom però żewġ baskets ta’ Marco Matijevic ġabu l-iskor indaqs fl-aħħar minuta 76-76. Micheal Naudi kellhu basket u sofra l-foul biex poġġa lil Athleta minn fuq 79-76 bis-Siġġiewi jwieġbu mmedjatament b’basket minn Matijevic. Kien għad fadal ftit sekondi u Athleta serrħu rashom mir-riżultat  b’erba’ free-throws minn Schembri u Naudi biex rebħu l-partita 83-78.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 26, M. Krastev, D. Bugeja 4, C. Patus 26, C. Galea, O. Said 19, S. Pace 4, K. Baldacchino, S. Bischoff, S. Schembri 4.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Doublet, A. Debattista, S. Sammut 14, C. Meier 4,E.Xuereb 3, L. Camilleri 2, A. Borg 5, L. Ross 18, J.P. Antoncic, I. Hoeger 20, M. Mallia, M. Matijevic 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Teemu Helenius

Programm tal-play-offs:

31-03-2014 – 13:00 – Remax Siġġiewi Citadel vs AtoZ Electronics Athleta

31-03-2014 – 18:15 – Bupa Luxol vs Pavi Depiro

06-04-2014 – 13:00 – Pavi Depiro vs Bupa Luxol

06-04-2014 – 16:30 – AtoZ Electronics Athleta vs Remax Siġġiewi Citadel





Leave a comment