Bupa Luxol u A to Z Electronics Athleta b’punti massimi

Monday, November 19, 2012, 9:57

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

 

Tata Motors Loyola 57

Bupa Luxol 65

(9-23)(20-11)(11-9)(17-22)

 

Floriana vs Depiro

Floriana vs Depiro

Bupa Luxol kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat u ħallew lil Loyola jfittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Luxol kellhom bidu tajjeb pero’ sofrew ir-rimonta ta’ Loyola b’dawn tal-aħħar saħansitra jmorru minn fuq lejn tmiem il-partita. Pero’ Luxol reġgħu rkupraw biex rebħu l-partita. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. L-Amerikan ta’ Loyola Kenyale Evans għamel l-ewwel basket tal-partita pero’ Luxol wieġbu bi break ta’ 11-0 bi trippla ta’ CJ Cordina. Evans reġa’ rrisponda għall-Loyola flimien ma’ Anton Axiaq bil-Luxol ikomplu b’run oħra ta’ 9-1 bi three pointer tal-Amerikan Stephen Shackleford. Fi tmiem l-ewwel sessjoni Luxol kienu 23-9 minn fuq imma fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Loyola għamlu break ta’ 11-3 biex naqqsu d-distakk għal 6 punti. Il-bidla ta’ Antonio Sarrio ma’ Kenyale Evans ħalliet il-frott għal Loyola bil-Luxol iwieġbu bi trippli ta’ Cordina u Shackleford. Qabel l-intervall kien hemm trippla fuq kull naħa minn Nikola Vasovic għall-Luxol u Jean Paul Azzopardi għall-Loyola biex Luxol jidħlu jistrieħu 34-29 minn fuq.

Ir-ritmu naqas xi ftit fit-tielet sessjoni hekk kif naqsu wkoll il-punti fuq iż-żewġ naħat. Pero’ Loyola komplew inaqqsu d-distakk mil-avversarji u waslu sa punt il-bogħod wara punti minn Sarrio u Axiaq. Luxol wieġbu bil-freethrows ta’ Marco Mercieca u trippla oħra ta’ Vasovic u żammew vantaġġ ta’ 3 punti fi tmiem il-perjodu 43-40. Fl-aħħar taqsima Luxol reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 6 punti 48-42 pero’ Loyola ppareġjaw 48-48 wara tlett baskets minn Evans. Shackleford reġa’ poġġa lil Luxol minn fuq pero’ baskets ta’ Evans u Jonathan Ransley taw il-vantaġġ lil Loyola bi ftit aktar minn 4 minuti għat-tmiem. Shackleford u Vasovic reġgħu taw il-vantaġġ lil Luxol pero’ Loyola ma ċedewx u żewġ minuti mit-tmiem trippla ta’ Billy Zammit reġgħat tat vantaġġ lil Loyola. Hawn pero’ wasal break deċisiv ta’ 9-0 minn Luxol wara xi turnovers minn Loyola biex b’hekk Luxol ħarġu rebbieħa 65-57.

           

Tata Motors Loyola: I. Buldakov 4, B. Zammit 3, A.Timor Sarrio 11, C. Cassar, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 16, JP Azzopardi 7, V. Nikolic, J. Ransley 2, K. Evans 12.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 12, M. Mercieca 9, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 25, JP Schembri, N. Vasovic 14, T. Paris, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 5, S. Capello

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Floriana Francesco Fenech 89

Pavi Depiro 79

(19-16)(22-19)(17-19)(17-19)(30-25)

 

Floriana Francesco Fenech ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Pavi Depiro 88-79 f’partita oħra ta’ skor għoli. Iż-żewġ timjiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom hekk kif Floriana rkupraw lil Clayton Calleja u Depiro lil Adrian Micallef. Wara li Floriana għamlu l-ewwel punti tal-partita, Depiro wieġbu bil-baskets ta’ Micallef u tal-Amerikan Shawn Morgan. Il-partita kompliet biż-żewġ timijiet viċin ta’ xulxin b’parita ta’ 9-9 fis-sitt minuta. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ pero’ Floriana għamlu run ta’ 7-1 u marru minn fuq 16-13. Qabel tmiem is-sessjoni kien hemm trippla fuq kull naħa minn Andrew Aquilina u David Camilleri għal skor ta’ 19-16. Floriana saħħew il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu b’żewġ baskets ta’ Chris Sammut pero’ Depiro reġgħu ġabu l-iskor indaqs 23-23. Trippli ta’ Bevan Scott Camilleri u oħra ta’ David Camilleri reġgħu raw lil Floriana jmorru minn fuqu hekk baqgħu sal-intervall 41-35.

Fit-tielet sessjoni l-Amerikan ta’ Floriana Phillip Thomas għamel l-ewwel ħames punti biex Floriana kellhom vantaġġ b’figuri doppji 46-35. Depiro kellhom reazzjoni immedjata u għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Roderick Vella u naqqsu d-distakk għal basket 44-46 pero’ qatt ma rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ. Chris Sammut għamel trippla oħra għal Furjaniżi u għalkemm Depiro waslu sa punt ‘l bogħod wara baskets minn Adrian Micallef u Vella, Floriana temmew is-sessjoni 4 minn fuq 58-54. Fl-aħħar sessjoni l-punteġġ beda jogħla ġmielhu hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom mumenti tajbin fl-attakk. F’nofs il-perjodu Floriana reġa’ kellhom vantaġġ ta’ 7 punti wara baskets minn Thomas u Dirk Schembri 66-59, Erba’ punti ta’ Morgan ressqu lil Depiro viċin 63-66 pero David Camilleri kellhu trippla oħra. Depiro ma ċedewx u fid-disa’ minuta għamlu run ta’ 9-1 bi trippla ta’ Micallef u waslu 3 punti ‘l bogħod mil-avversarji 75-78. Hawn Depiro bdew iwaqqfu l-arloġġ pero’ Floriana speċjalment Bevan Camilleri kienu perfetti minn fuq il-freethrow line u rebħu l-partita 88-79.

 

Floriana Francesco Fenech: B. Scott Camilleri 22, D. Camilleri 10, C. Sammut 10, I. Mercieca 2, S. Sammut, C. Calleja D. Schembri 13, P. Thomas 31, M. Ciantar, S. Saakian.

Pavi Depiro: R. Vella 11, N. Sultana 14, K. Kun, A. Aquilina 8, A. Portelli 2, D. Agius, A. Micallef 11, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 1, S. Morgan 32.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Steve Gouder

 

Siġġiewi 55

A to Z Electronics Athleta 64

(17-15)(4-23)(22-12)(12-14)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta wkoll ħadu t-tieni rebħa fil-kampjonat Bank of Valletta meta għelbu lil Siġġiewi 64-55. Athleta kellhom l-isfortuna li jitilfu lil Addison Bonnici fit-tieni minuta tal-partita f’dik li dehret injury serja f’irkupptejh. Athleta komplew jintroduċu players żgħażagħ u f’din il-partita kellhom lil Martin Krastev u Hagul Soufian pero’ kien nieqes Migeul Gauchi Montaldo. Għal Siġġiewi kien hemm ir-ritorn ta’ Clayton Agius u huma ħadu l-ewwel vantaġġ tal-partita 8-4. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Marko Todorovic u fis-seba’ minuta kien hemm parita 10-10. Siġġiewi għamlu break ta’ 7-0 pero r-risposta ta’ Athleta ġiet minn Kristin Baldacchino li kien daħal jilgħab flok Bonnici fosthom trippla fl-aħħar sekondi. Dan it-three pointer għolla l-moral tac-champions li fit-tieni sessjoni ddominaw għal kollox lill-avversarji u bdew b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Omar Said biex ħadu vantaġġ ta’ 7 punti 26-17. Basket ta’ Marco Matijevic waqqfilhom din ir-run pero’ dan kien l-aħħar wieħed ta’ Siġġiewi f’din is-sessjoni. Athleta komlew bi break ieħor ta’ 12-0 b’Said u Baldacchino jagħmlu trippla kull wieħed u Steve Schembri jagħmel l-aħħar basket eżatt mal-ħorn.

Fit-tielet sessjoni ż-żewġ timjiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel ħinijiet.Joe Galeakellhu jibdel lil Baldacchino wara r-raba’ foul u Siġġiewi dehru li ġew f’tagħhom bi break ta’ 12-2 b’żewġ trippli ta’ Alan Borg biex il-perjodu ntemm bl- Athleta fuq quddiem 50-43. FL-ewwel minuta tal-aħħar taqsima, Said għamel trippla oħra u wara xi ħin bla punti kien Borg li reġa’ wieġeb għal Siġġiewi. Hawn waslu żewġ trippli oħra mportanti minn Said biex fis-seba’ minuta c-champions kienu 11 minn fuq 59-48. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Chris Meier u Andras Fekete pero’ Todorovic ukoll għamel il-punti tal-Athleta u l-partita għalqet bi trippla ta’ Agius pero’ kienu Athleta li rebħu l-partita 64-55.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 4, L. Camilleri 1, P. Shoults, E. Xuereb 4, C. Agius 3, A. Borg 14, C. Meier 15, A. Fekete 3, M. Matijevic 12.

A to Z Electronics Athleta: M. Krastev, D. Bugeja 4, M. Todorovic 17,  M. Giusti, H, Soufian, O. Said 21, S. Pace 2, A. Bonnici, K. Baldacchino 16, Z. Borg, S. Schembri 4

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 





5 Comments

  1. Colin Schembri says:

    U ejja basketball lover taf x’int tghid jew??? Int bis-serjeta???? mela jekk taf hekk ghax ma tmurx di persona ghand l-MBA….facli tghid xi haga hekk b’nome de plume.

    [Reply]

  2. joseph says:

    Prosit Luxol u Athelta……. jidher li l basketbal malti qed jergha jsib ir-roots tieghu u t-timijiet il kbar ha jkun min tas-sliema. Il-bierah rajna li t-team tas-Siggiewi f’diffikulta kbira …nahseb wasal iz zmien li david agius jiehu decizjonijiet kbar fit-team tas-Siggiewi , ghax jidher li bdew it-triq tan-Niezla…nisperaw f alla li ma jamghielx lil karl borg coach tas-Siggiewi ghalkemm ikolli nghid li nahseb li certu players wiehed bhal karl iridu.

    [Reply]

    Clayton Agius Reply:

    Well Mr Joseph i don’t know who you are but obviously lets call you a siggiewi hater shall we. So siggiewi hater i must say you had a terrible year last year when Mr Karl Borg was to only coach in malta to finish the year as undeafeted. You must have cried yourself to bed every time we trashed athleta also. And not to mention that i as one of his active players won the Player Of The Year. Please don’t write your full name as i have in these posts cause if you do, i might start to respect your stupid charachter a little more.

    [Reply]

    unknown Reply:

    ala mandux ikun mr.karl borg il coach tas siggiewi x ghandhu inqas min haddiehor ?? nghidlek jiena li andu potenzjal daqs coaches ohra  u haga ohra dan adu il bidu … biex taqta il vendetta ta lahjar teams il mulej biss jaf x inhu gej

    [Reply]

  3. karmnu says:

    proset edmund farrugia tas-show li tajt il-bierah!!!

    [Reply]

Leave a comment