Bupa Luxol pass ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat

Sunday, April 23, 2017, 12:18

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI 

Floriana MCP Car Parks 78

Bupa Luxol 113

(14-18)(17-30)(28-35)(19-30)

Bupa Luxol ħadu wkoll it-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

biex issa jonqoshom biss rebħa waħda biex jiksbu t-tielet kampjonat tagħhom. Luxol ikkonfermaw is-superjorita tagħhom meta saru t-tielet team fl-istorja tal-play-offs li fil-finali qabżu l-mitt punt. B’Samuel Deguara dominanti bi 48 punt u l-kontribut siewi ta’ Pierce Cumpstone u William Ahlberg kollox jindika li Luxol huma l-favoriti netti biex jerbħu l-kampjonat. Luxol fetħu l-partita b’seba’ punti mingħajr risposta b’Deguara jikseb l-ewwel punti mit-48 li għamel. Floriana rrispondew bil-punti ta’ Chad Patus Dirk Schembri li bejniethom mexxew l-attakk ta’ Floriana. Luxol komplew bi trippla ta’ Ahlberg biex temmew l-ewwel taqsima erba’ punti minn fuq 18-14. Luxol komplew fit-tieni sessjoni meta kellhom break ta’ 15-3 li bdewh bit-tieni trippla ta’ Ahlberg u aktar punti minn Cumpstone u Deguara. Floriana kellhom it-three pointers ta’ Patus però Luxol komplew bi tmien punti oħra mingħajr risposta u fl-intervall kienu 48-31 minn fuq.

Wara l-intervall iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fejn iż-żewġ naħat kellhom it-three pointers biex Luxol baqgħu 20 punt minn fuq 60-40. Il-baskets komplew ġejjin fuq kull naħa speċjalment minn Deguara għal Luxul u Patus u Schembri għal Floriana. Luxol kabbru l-vantaġġ għal 27 punt 77-50 qabel ma Patus reġa’ naqqas id-distakk għal Floriana biex it-tielet taqsima ntemmet bil-Luxol minn fuq 83-54. L-aħħar sessjoni fetħet b’run oħra minn Luxol ta’ 10-2. Trippla ta’ Ahlberg u basket ta’ CJ Cordina għaqqdulhom il-mitt punt u komplew bi tlett three pointers konsekuttivi minn Cumpstone, Ahlberg u Cordina. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Patus għal Floriana però Luxol ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 113-78 u rebħa fit-tielet partita tatijhom il-kampjonat.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 31, D. Schembri 23, S. Borg 5, D. Agius, N. Vasovic 6, C. Calleja 4, A. Axiaq 7, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 7, M. Mercieca 4, M. Sjoberg, J. Maistre Melillo, JP Schembri 2, K. Dimech 12, W. Ahlberg 18, P. Cumpstone 22, S. Deguara 48, S. Cappello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Christine Farrugia.

Statistika…

Floriana

Free throws – 11 on 12

Baskets – 26 on 50

Three pointers – 5 on 12

Rebounds – 24

Assists – 10

Turnovers – 13

Steals – 3

Fouls Suffered – 10

Fouls Made – 11

Luxol

Free throws – 8 on 9

Baskets – 39 on 55

Three pointers – 9 on 30

Rebounds – 44

Assists – 17

Turnovers – 7

Steals – 7

Fouls Suffered – 10

Fouls Made – 10

 It-tielet partita: Il-Ħadd 23 t’April – 16:30

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment