- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bupa Luxol l-ewwel finalisti u Siġġiewi jisfurzaw it-tielet partita

Posted By sportinmalta1 On April 1, 2014 @ 9:33 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL PLAYOFFS

minn Colin Schembri

Remax Citadel Siġġiewi 88

AtoZ Electronics Athleta 78

(22-18)(22-23)(15-23)(29-14)

Remax Siġġiewi Citadel u AtoZ Electronics Athleta għal darb’oħra offrew semi-finali verament sabiħa u eċitani u din id-darba r-rebħa marret għand it-team ta’ Siġġiewi 88-78 biex issa se tkun it-tielet partita ta’ nhar il-Ħadd li ġej li se tiddeċiedi min minn dawn iż-żewġ timijiet se jasal fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta. Iż-żewġ timijiet ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom f’din il-partita li għal darb’oħra kienet ikkumbattuta ferm kif kienu l-partiti kollha ta’ bejniethom. Siġġiewi reġgħu bdew tajjeb bi three pointers minn Lee Ross u Steve Sammut. Ir-risposta tal-Athleta waslet minn Michael Naudi u Chad Patus però trippla ta’ Marco Matijevic ħalliet lil Siġġiewi fuq quddiem 11-7. Wara sitt punti minn Athleta minn Patus u Omar Said li tawhom il-vantaġġ 13-11, Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Matijevic u Ross. Said għamlu trippla u ressaq lil Athleta  punt taħt Siġġiewi li però għalqu t-taqsima bit-tieni trippla ta’ Sammut għal skor ta’ 22-18. L-istess player kompla bi three pointer kif fetħet it-tieni sessjoni fi break ta’ 7-0 fejn kien hemm ukoll l-ewwel punti ta’ Ivo Hoger. Wara time-out ta’ Joe Galea, Athleta tejjbu l-logħba tagħhom u naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Naudi. Sammut għamel ir-raba’ trippla tiegħu flimkien ma’ punti minn Hoger biex Siġġiewi baqgħu 10 minn fuq 38-28. Fl-aħħar tlett minuti kienu l-Athleta li għamlu break ta’ 13-6 biex fl-intervall il-vantaġġ ta’ Siġġiewi niżel għal 3 punti 44-41.

Fit-tielet perjodu Siġġiewi reġgħu żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Ross 49-43 però hawn Athleta rrispondew bi break ta’ 9-0 li bdewh bi trippla ta’ Patus u komplew bil-baskets ta’ David Bugeja u Naudi. Wara li Siġġiewi ġabu l-iskor indaqs bi tlett punti ta’ Chris Meier, Athleta kellhom sitt punti oħra minn Patus u Naudi għal vantaġġ ta’ sitt punti 58-52. Siġġiewi kellhom il-punti ta’ Matijevic u Meier bi trippla iżda kienu Athleta li bdew ir-raba u l-aħħar taqsima 5 minn fuq 64-59. Hawn Siġġiewi bdew bi break ta’ 8-2 bi tlett baskets ta’ Ross biex reġgħu naqqsu d-distakk għal punt 67-68. Athleta mill-ġdid kabbru l-vantaġġ għal 5 punti 75-70 sa nofs is-sessjoni. Hawn Siġġiewi għamlu run deċisiva ta’ 13-0 fejn kellhom it-trippli ta’ Sammut u Alan Borg u marru tmienja minn fuq 83-75. Ir-risposta tal-Athleta waslet biss minn tlett punti ta’ Kristen Baldacchino biex Siġġiewi għalqu l-partita bil-punti ta’ Sammut u Hoger biex rebħu l-partita 88-78.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Meier 8, A. Debattista, S. Sammut 21, E.Xuereb, L. Camilleri 1, A. Borg 5, L. Ross 21, J.P. Antoncic, I. Hoger 23, M. Mallia, M. Matijevic 9.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 27, M. Krastev, D. Bugeja 2, C. Patus 26, K. Baldacchino 3, O. Said 9, S. Pace 2, S. Bischoff, S. Schembri 9.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Bupa Luxol 79

 

Pavi Depiro 62

(16-15)(25-17)(19-14)(19-16)

Wara nuqqas ta’ żewġ staġuni Bupa Luxol se jerġgħu jikkontestaw il-finali tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni meta kisbu t-tieni rebħa fis-semifinali tal-play-offs għelbu lil Pavi Depiro 79-62. Għal Luxol kien ritorn sodisfaċenti fejn wara li fl-aħħar żewġ staġuni ma daħlux fil-play-offs issa saħansitra waslu sal-finali. Depiro tħabtu biex jisfurzaw it-tielet partita iżda ħassew in-nuqqas ta’ players u s-saħħa ta’ Luxol taħt il-board kienet evidenti grazzi għax-xogħol kontinwu ta’ Samuel Deguara. Jean Paul Schembri wkoll kellhu partita tajba fid-difiża fuq Roderick Vella li flimkien ma’ Matthew Adekponya kienu l-akbar teddidha ta’ Depiro. Wara li Depiro marru 4-2 minn fuq, Luxol għamlu run ta’ 12-2 bi 8 punti ta’ Deguara flimkien ma’ Nikola Vasovic u Michael Myres Keitt. Depiro wieġbu bi break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Adekponya u baskets ta’ Sam Bartolo u Nigel Sultana li raw lil Luxol jagħlqu t-taqsima punt minn fuq 16-15. Adekponya kellhu trippla oħra fit-tieni perjodu u ġab l-iskor indaqs 18-18 iżda hawn Luxol reġgħu ħadu l-partita f’idejhom 14-2 b’baskets ta’ Marco Mercieca u Myres Keitt fost l-oħrajn biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 32-20. Depiro kellhom it-trippli ta’ Adekponya però ankè Mercieca għamel trippla għal Luxol li fl-intervall kienu 41-32 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni reġa kien hemm bidu tajjeb mit-team imexxi minn John Tabone fejn kellhom run ta’ 11-3 bi trippla ta’ Vasovic biex kabbru d-distakk għal 16 –il punt 52-36. Depiro wara mument diffiċli għamlu break qasir ta’ 8-2 però xorta kienu Luxol li temmew il-perjodu 60-46 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Depiro għamlu l-aħħar sforz biex jersqu viċin l-avversarji u waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod 57-67. Hawn Luxol temmew kull tama ta’ Depiro għaliex għamlu run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ CJ Cordina. L-aħħar punti tal-istaġun għal Depiro ġew minn Adekponya u Vella fil-waqt li Luxol għalqu l-partita bil-punti ta’ Deguara biex rebħu l-partita 79-62, għalqu s-serje 2-0 u issa jistennew l-avversarji mis-semifinali bejn Athleta u Siġġiewi.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 5,  M. Mercieca 12, A. Micallef, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri 1, N. Vasovic 7, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 20, A. Micallef Trigona, S. Deguara 34, S. Capello.

Pavi Depiro: R. Vella 7, M. Adekponya 31, N. Sultana 4, A. Aquilina, A. Portelli 2, S.P. Bartolo 16, A. Axiaq 2, E. Lupo, M. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Gordon Barbara

Ritratt: MBA Facebook page: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.507601786011971.1073741919.113448038760683&type=1

Programm tal-play-offs:

06-04-2014 – 16:30 – AtoZ Electronics Athleta vs Remax Siġġiewi Citadel


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bupa-luxol-l-ewwel-finalisti-u-siggiewi-jisfurzaw-it-tielet-partita/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.