Bupa Luxol jirbħu l-aktar partita kumbattuta tal-ewwel ġurnata

Monday, January 9, 2012, 9:26

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Tata Motors Loyola 78

Bupa Luxol 82

(14-17)(18-18)(22-26)(24-21)

Siggiewi vs Depiro

Siggiewi vs Depiro

Il-kampjonat MSV Life tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel fetaħ b’partita mill-isbaħ bejn Tata Motors Loyola u Bupa Luxol b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 82-78. Fil-partita spikkaw il-players Amerikani ta’ kull naħa li taw spettaklu u jekk il-kampjonat jiżvolġi bil-mod ta’ din il-partita allura se jkun hemm għal xiex wieħed jitla Ta’ Qali biex jara l-logħob tal-basketball. Loyola kienu mingħajr Clint Cassar fil-waqt li Andrew Micallef Trigona kien nieqes għal Luxol. Loyola fetħu tajjeb u wara trippla ta’ Sean Pace marru 5-1 minn fuq. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Jeron Belin u fis-sitt minuta ippareġjaw 7-7. Loyola reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Rashanti Harris li kien protagonist b’diversi dunks eċċezjonali. Trippla ta’ Belin bdiet break ta’ 6-2 minn Luxol li temmew is-sessjoni 17-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni trippla oħra ta’ Pace reġgħat tat il-vantaġġ lil Loyola li pero fit-tielet minuta tilfu lil Anton Axiaq fouled out. Punti ta’ Marco Mercieca u Belin poġġew lil Luxol minn fuq pero’ Harris malajr irrisponda għal Loyola li reġgħu marru fuq quddiem 26-4. Għal darb’oħra Mercieca u Belin wieġbu għal Luxol li fetħu distakk ta’ 5 punti 31-26. Luxol irnexxielhom iżommu l-vantaġġ sal-halftime biex daħlu jsitrieħu 3 punti minn fuq 35-32.

Fit-tielet sessjoni Luxol bdew bi break ta’ 9-0 li għalquh bi trippla oħra ta’ Belin u fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 44-32 b’Alfred Mifsud jagħjjat time-out għal Loyola. Harris għamel l-ewwel punti ta’ Loyola pero Lee Ross u Belin wieġbu għal Luxol. Loyola għamlu run ta’ 7-0 li għalquha bi trippla ta’ Billy Zammit pero Ross ukoll għamel trippla għal Luxol li kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt. Loyola ma ċedewx u b’run ta’ 10-2 għalqu l-perjodu 7 punti ‘l bogħod mill-avversarji 54-61. L-aħħar sessjoni kienet ferm missielta hekk kif Belin u Harris bdew jirrispondu lil xulxin. Break ta’ 6-0 minn Loyola ressaqhom sa punt minn taħt 64-65 b’Luxol jwieġbu bil-freethrows ta’ Ross. Il-punti ta’ Loyola baqgħu ġejjin fuq kull naħa speċjalment minn Harris u Belin. Fl-aħħar 20 sekonda trippla ta’ Pace naqqet id-distakk 75-78 u wara free-throws ta’ Ross, reġa’ kien Pace fl-aħħar 4 sekondi li għamel trippla oħra pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u ma kienx għad fadal ċans li jsalvaw il-partita biex Luxol ħarġu rebbieħa 82-78.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace 15, B. Zammit 5, D. Camilleri 3, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 3, A. Axiaq, J. Anastasi 7, J. Ransley, R. Harris 45.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 6, M. Mercieca 9, J. Belin 36, L. Ross 26, A. Costa, N. Vasovic, T. Paris, E. C. Montaldo, JP Bonnici 4, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

A to Z Electronics Athleta 73

Floriana Francesco Fenech 47

(18-11)(26-11)(13-17)(16-8)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta bdew jiddefendu t-titlu b’rebħa fuq Floriana Francesco Fenech fl-ewwel partita 73-47. Athleta fetħu b’run ta’ 7-0 fosthom l-ewwel trippla ta’ Omar Said li kellhu partita tajba b’ħames three pointers fl-ewwel taqsima. Fit-tielet minuta waslu l-ewwel punti ta’ Floriana mill-Amerikan Bryant Williams pero’ Said wieġeb bi trippla oħra. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ hekk kif Floriana setgħu jirrispondu biss bill-freethrows u t-tielet trippla ta’ Said għalqet l-ewwel sessjoni bl-Athleta fuq quddiem 18-11. Ic-champions iddominaw it-tieni sessjoni li bdewha bi trippla oħra ta’ Said f’run ta’ 16-4 biex fis-sitt minuta kienu 34-15 minn fuq. Wara basket ieħor ta’ Williams, David Bugeja għamel trippla għal Athleta li komplew b’run ta’ 10-2 qabel ma Steve Sammut għamel trippla għal Floriana. Fl-intervall, Athleta kellhom vantaġġ doppju  ta’ 22 punt 44-22.

Athleta naqqsu xi ftit ir-ritmu tagħhom fit-tielet sessjoni u wara li Sammut għamel iktar punti għal Floriana, huma wieġbu permezz ta’ Addison Bonnici biex baqgħu 21 punt minn fuq 50-29. Floriana għalqu l-perjodu b’run ta’ 8-2 biex is-sessjoni ntemmet bl-Athleta 57-39 fuq quddiem. L-aħħar sessjoni bdiet bi trippla ta’ Adrian Baldacchino għal Floriana biex naqqsu d-distakk għal 15 –il punt. Pero Athleta għamlu run oħra ta’ 12-3 biex reġgħu ħadu l-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 73-47.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, I. Buldakov 3, D. Bugeja 3, M. Giusti, A. Fekete 4, O. Said 21, D. Schembri 11, A. Bonnici 17, K. Baldacchino, S. Schembri.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 7, I. Mercieca 2, S. Sammut 11, C, Calleja 2, A. Baldacchino 3, B. Williams 20, A. Sultana 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Siġġiewi 71

Depiro 83

(16-31)(14-15)(19-16)(22-21)

 

Bidu mill-aqwa minn Depiro kien strumentali biex huma jibdew il-kampjonat b’rebħa kontra Siġġiewi 71-83. Siġġiewi kellhom diversi players neqsin bħal Karl Borg, Louis Camilleri u Eman Xuereb pero’ reġa deher Clement Kodomaris. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Depiro ma setax kellhom bidu aħjar meta fl-ewwel tlett minuti Adrian Micallef u Greg Hamlin għamlu run ta’ 10-0. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn Marco Matijevic bi trippla u basket pero Hamlin u Isaac Tanti komplew iżidu l-vantaġġ ta’ Depiro. Siġġiewi komplew ikunu laxki fid-difiża tagħhom tant li Depiro għamlu run oħra fl-aħħar żewġ minuti ta’ 11-3 biex temmew is-sessjoni 31-16 minn fuq. Siġġiewi fetħu t-tieni sessjoni b’sitt free-throws fl-ewwel żewġ minuti u naqqsu d-distakk 22-31. Depiro malajr wieġbu bi three pointers ta’ Roderick Vella u Andrew Aquilina biex fis-sitt minuta kienu 19 –il punt minn fuq 44-25. Chris Meier għalaq is-sessjoni għal Siġġiewi li pero fl-intervall kienu għadhom 16 minn taħt 30-46.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn l-aħjar bidu kien għal darb’oħra tal-players imexxija minn Ray Muscat f’run ta’ 8-3 b’punti minn Hamlin u Emanuel Lupo. Siġġiewi waqqfu dan il-mument negattiv bi trippli minn Matijevic, Alan Borg u Peter Shoults. Huma għamlu break qasir ta’ 6-0 fl-aħħar minuta u nofs biex id-distakk fi tmiem il-perjodu kien ta’ 13 –il punt bid-Depiro fuq quddiem 62-49. Siġġiewi komplew inaqqsu d-distakk fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi trippla oħra ta’ Shoults u Meier. Vella wieġeb għal Depiro bi trippla flimkien ma punti ta’ Micallef  pero Siġġiewi baqgħu jagħfsu biex fis-sitt minuta naqqsu d-distakk għal 7 punti 65-72. Fl-attakk ta’ wara ġie msaffar foul fl-attakk kontra Meier li qajjem protesti kbar minn naħa ta’ Siġġiewi peress li deher li l-kuntatt seħħ fiċ-ċirku taż-żona. Pero’ d-deċiżjoni ma nbidlitx u l-protesti ta’ Siġġiewi komplew tant li tilfu lil Alan Borg bil-ħames foul u tkeċċa Nigel Sultana. Depiro kellhom sensiela ta’ freethrows u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 79-65. Shoults kompla jitħabat għal Siġġiewi u għamel ħames punti konsekuttivi pero ma kienx għad fadal ħin u baskets ta’ Hamlin u Tanti għalqu l-partita favur Depiro fuq skor finali ta’ 83-71.

 

Siġġiewi: R. Agius, P. Shoults 14, N. Sultana 3, A. Borg 4, J.P. Azzopardi 4, C. Maeir 18, C. Codomaris, M. Matijevic 30.

Depiro: R. Vella 22, JP Schembri, A. Aquilina 5, A. Portelli 2, A. Micallef 21, E. Lupo 6, M. Mallia, I. Tanti 8, G. Hamlin 19.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder.

 





9 Comments

  1. Johnnie l-boxer says:

    Is-sena l-ohra l-anqas kienu jistaw jirrapurtaw lil certu nies ir-referees !!!!

    Kif qal tajjeb FORZA BLUES – let’s not ruin all the good that has been achieved these last months

    [Reply]

  2. Baller says:

    Issa taf kif vera nistaw indahqu….. jekk dawk il players li ghandhom jitilaw dixxiplina jaqalaw xi zmien qassir imkeccijja biex umbat jerga jiqaf il loghob bhal li kien gara is sena li ghaddiet.

    [Reply]

  3. karmnu says:

    jew li l-istess referee jirrefja tlett loghbiet wara xulxin!!!

    [Reply]

  4. FORZA BLUES says:

    I will not go into any specifics but let us not ruin what we ALL TOGETHER have built these last few months. These league games are not finals so any team can recover after any bad game. I hope common sense prevails at the end.

    [Reply]

  5. BBall Lover says:

    Minn ma jilhaqx l-gheneb jghid li hu qares. Foul car li kien barra ic-cirklu taz-zona mhux kif qed jghid hawn fuq. Li ma semmiex dan l-artiklu ghalfejn tkeccew il-plejers tas-siggiewi. Kif ukoll il-kummiedji li rega beda jaghmel il-president tal-club mill-VIP.

    [Reply]

    karmnu Reply:

    Anke r-reporter tat-times jghid li l-gheneb qares? Int kont f’post ahjar mill-gurnalisti biex tara l-azzjoni? Ghax mill-mod li ktibt qisek kont fuq il-court gej bill-foul car!

    [Reply]

    BBall Lover Reply:

    Sur Karmnu, fil-court ma kontx u qatt ma jien ser nkun ghax miniex kapaci u lest li noqghod ghal dak it-tghajijr. Zgur u jidher bic-car li kull meta jitilfu s-Siggiewi kulhadd jara f’minn ser jwahhal. Jispiccaw ir-referees fil-mira meta il-kagun jkun l-andament tal-plejers jew l-avversarju kienu ahjar. Nahseb taf daqsi minn huma l-gurnalisti li jezistu ta’Qali u kulhadd jaf ghal minn jaghti d-demm taghhom. Allura kif jista jkun xi darba jkun parzjali l-argument tieghu.

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Grazzi tal-kritika. Fil-waqt li naccetta li nigi kkritikat allavolja taht isem fittizju nixtieq naghmillek appell biex forsi ssib lil xi hadd li lest jaghtina ftit ghajnuna ghax ix-xoghol huwa hafna u n-nies biex jaghmluh huma verament ftit. Ma nixtieqx nikkumenta fuq il-kumplament tal-post tieghek pero nghidlek li t-tlieta minn nies li konna hemm fuq dehrilna li l-kuntatt li jien semmejt sehh fic-cirku. Issa jekk rajna hazin jiddispjacini pero sa fejn naf jien fl-ebda hin ma ktibt li Siggiewi tilfu minhabba dik il-call. Anzi fl-ewwel parti ghamilt referenza ghad-difiza laxka li kellhom is-Siggiewi fl-ewwel sessjoni li fl-opinjoni tieghi kienet ir-raguni ewlenija li wasslet ghat-telfa. Nerga ntennilek l-appell…ara ssibx lil xi hadd jigi jghinna ftit…ghandna bzonn lil xi hadd biex izommilna l-hin tal-players fuq il-court per ezempju ghall statistika iktar kompluta…jekk tkun ta’ Qali u ma tiddejaqx ejja kellimni…jekk tiddejjaq tista tmur fuq il-President u jghidlek hu x’irridu…Grazzi u l-gurnata t-tajba.

    circus Reply:

    sewwa qed tghid cirklu ras ghax farsa shiha se nergaw nibdew naraw. u fuq ir-referees m’hemm hadd biex jara x’qed jaghmlu. dak cirklu zgur!

    [Reply]

Leave a comment