Bupa Luxol jirbħu għas-sittax-il darba

Wednesday, March 21, 2012, 8:14

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

Floriana Francesco Fenech 80

Bupa Luxol 87

(12-26)(15-24)(19-14)(34-23)

 

Bupa Luxol huma r-rebbieħa tal-Bank of Valletta knock out għal dan l-istaġun meta wara finali mill-isbaħ għelbu lil Floriana Francesco Fenech 87-80. Il-partita ntlagħbet quddiem attendenza stupenda speċjalment partitarji Furjaniżi li laqgħu l-appell tal-club u ġew Ta’ Qali bi ħġarhom. Luxol imexxija mil-coachJohn Tabonewrew li f’partiti bħal dawn joħorġu l-aqwa tagħom u Floriana ħassew dan il-fatt speċjalment fl-ewwel żewġ sessjonijiet meta Luxol bnew il-vantaġġ tagħhom. Pero’ Floriana wkoll ħaqqhom tifħir għall-wirja li kellhom fejn wara li bdew inaqqsu d-distakk u bdew jemmnu li jistgħu jagħmluha, resqu ferm viċin ta’ l-avversarji.  Ta min ifaħħar ukoll il-wirja tal-players kollha fuq il-court fejn minkejja li ż-żewġ Amerikani spikkaw fuq kull naħa, l-players Maltin ukoll taw is-sehem tagħom biex il-partita setgħet tkun l-aqwa riklam għal basketball ftit ġranet il-bogħod mil-bidu tal-play-offs. Ghal Luxol dan kien is-sittax –il suċċess fil-kompetizzjoni fil-waqt li Floriana kienu fl-ewwel finali assoluta tagħhom fl-għola livell tal-basketball Malti.

Basket ta’ Clayton Calleja fetaħ il-partita pero’ Luxol wieġbu bi break ta’ 15-2 bi trippli ta’ Jeron Belin fl-aħħar dehra tiegħhu u Jean Paul Bonnici li beda japprofitta mill-ispazju li ħallietlu d-difiża Furjaniża. Steve Sammut għamel trippla għal Floriana pero’ Belin u Marco Mercieca reġgħu wieġbu għal Luxol li għalqu s-sessjoni bi trippla tal-player Amerikan u basket ta’ Bonnici biex temmew is-sessjoni 26-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’iktar punti minn Belin u anke trippla ta’ Bonnici u Marco Mercieca u fit-tmien minuta kienu 38-20 minn fuq. Fl-aħħar minuta, Luxol komplew jagħfsu u ħames punti minn Belin u trippla ta’ Marco Mercieca tathom vantaġġ ta’ 23 punt fl-intervall 50-27.

Floriana bdew ir-rimonta tagħhom wara l-mistrieħ fejn wara li Bonnici għamel l-ewwel basket ta’ Luxol, huma għamlu run ta’ 12-2 biex sas-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal 15 –il punt 39-54. Hawn beda jidher iktar Evan Fjeld, l-Amerikan ta’ Floriana li jħalli l-aqwa tiegħu għall-aħħar żewġ sessjonijiet. Belin għamel t-tielet trippla tiegħu biex beda run ta’ 7-0 minn Luxol li reġgħat tat ftit tan-nifs lil Luxol li temmew it-tielet sessjoni 18 minn fuq 64-46. Fil-bidu ta’ l-aħħar sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ  għal 20 punt 70-50. Hawn Floriana għamlu run oħra ta’ 12-2 biex reġgħu naqqsu d-distakk 62-72. Fjeld kompla għaddej bil-punti tiegħu pero’ Floriana l-iktar li rnexxielhom jaslu kien sa’ 5 punti 78-83 fl-aħħar minuta. Hawn pero’ Luxol ma żbaljawx il-freethrows permezz ta’ Nikola Vasovic u Tom Paris biex rebħu l-partita 87-80. Fi tmiem il-partita saret il-preżentazzjoni mis-Sur Peter Perotti Chief Officer tal-Bank of Valletta liż-żewġ aħwa captains rispettivi xi ħaġa li ġrat għall-ewwel darba. Il-partitarji Furjaniżi baqgħu iċapċpu lil players tagħhom fl-istess ħin li l-captain tagħhom Ian Mercieca rċieva t-trofew tar-runners up. Ħuħ Marco Mercieca, captain ta’ Luxol għolla l-BOV knock out fost il-ferħ tal-players u tal-partitarji ta’ Luxol.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 7, I. Mercieca 7, S. Sammut 10, C. Calleja 12, A. Baldacchino 2, E. Fjeld 38, A. Sultana 2, M. Ciantar 2.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 11, J. Belin 36, , A. M. Trigona 8, L. Ross 9, A. Costa 1, N. Vasovic 4, T. Paris 2, M.A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 16, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani





Leave a comment