- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bupa Luxol jippareġjaw is-serje finali

Posted By sportinmalta1 On April 18, 2014 @ 1:48 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 94

Bupa Luxol 85

(13-25)(15-24)(27-18)(32-27)

Bupa Luxol ippareġjaw is-serje finali wara li fi tmiem ta’ partita oħra spettakolari għelbu lil AtoZ Electronics Athleta 94-87. Partita b’żewġt’uċuh fejn kienet f’idejn il-Luxol sal-intervall meta kellhom vantaġġ komdu ta’ 21 punt iżda fit-tielet sessjoni Athleta reġgħu daħlu sewwa fil-partita speċjalment bil-press tagħhom fejn fixklu għal kollox lill-avversarji. Din id-darba Michael Naudi u Chad Patus speċjalment fl-ewwel żewġ sessjonijiet kellhom partita kwieta u kienu kkontrollati tajjeb mid-difiża ta’ Luxol għalkemm pattew Omar Said u Shawn Pace flimkien ma’ Steve Schembri. Samuel Deguara kien qiegħed jiddomina taħt il-boards fuq iz-żewġ naħat tal-court pero b’erba’ fouls fit-tielet sessjoni kien kostrett li jinbidel. L-aħħar foul tekniku deher li kien ahrax meta deher jipprotesta miegħhu niffsu bħal ma kien ukoll fuq Shawn Pace tal-Athleta aktar qabel fejn il-player deher li għaġġel biex jerġa jieħu pussess tal-ballun. Athleta ħadu biss ftit sekondi biex fetħu l-partita bi trippla ta’ Steve Schembri però minn hemm ‘l quddiem Luxol marru minn fuq u qatt ma ħarsu lura għalkemm vantaġġ ta 21 punt niżel għal wieħed biss tlett minuti mit-tmiem. Luxol irrispondew bi break ta’ 8-0 bil-baskets ta’ Deguara, Nikola Vasovic u Micheal Myres Keitt però sa nofs is-sessjoni Athleta naqqsu d-distakk għal punt wara żewġ baskets minn David Bugeja.Luxol komplew iżidu l-vantaġġ b’żewġ runs oħra ta’ 8-0 u 7-0 biex temmew l-ewwel sessjoni 25-13 minn fuq. Fit-tieni taqsima, kellna baskets fuq kull naħa u Myres Keitt kellhu wkoll trippla u fit-tielet minuta Luxol kienu 34-19 minn fuq. Luxol komplew japprofittaw minn turnovers tal-Athleta u għamlu run ohra ta’ 11-1 bi trippla oħra ta’ Myres Keitt u baskets ta’ Deguara biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 23 punt 47-24. Qabel intemmet is-sessjoni, Athleta kellhom żewġ baskets minn Kristin Baldacchino u Bugeja biex Luxol daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 21 punt 49-28.

Wara l-intervall Athleta ħarġu jippressaw lill-avversarji u din il-mossa bdiet tħalli l-frott mixtieq hekk kif bil-punti ta’ Patus u Said bdew inaqqsu d-distakk. Luxol bdew isibu diffikulta jtellgħu il-ballun u għalkemm Deguara kellhu żewġ baskets ohra, Patus kellhu trippla flimkien ma’ punti ta’ Bugeja u Schembri. Fl-aħħar żewġ minuti Pace għamel żewġ three pointers għall-Athleta biex id-distakk bejn iż- żewġ timijiet niżel għall-10 punti 55-65 qabel ma’ Myres Keitt għalaq il-perjodu b’basket għal Luxol għal skor ta’ 67-55. Fl-aħħar taqsima Athleta komplew bi three pointers tagħhom biex komplew inaqqsu d-distakk. B’Deguara fuq il-bank bir-raba’ foul, huma kellhom run ta’ 10-2 fi spazju ta’ żewġ minuti bi trippli minn Said u Pace biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 68-71. Deguara reġa daħal u kellhu żewġ baskets flimkien ma’ punti minn Myres Keitt iżda t-trippli tal-Athleta komplew ġejjin 2 minn Said u oħra ta’ Schembri u fis-seba minuta punt kien jifred liz-zewg timijiet 74-75. Hawn Luxol kellhom run decisiva ta’ 9-0 hafna minnhom b’fast breaks kif ukoll trippla ta’ CJ Cordina biex reġgħu marru 10 minn fuq 84-74. Athleta rrikorrew għal foul sistematiku biex iwaqqfu l-arloġġ però minkejja li komplew bit-three pointers minn Patus u Pace, Luxol kienu perfetti mill-free-throw line biex rebħu l-partita 94-87. It-tielet logħba issa tintlagħab l-Erbgha 23 ta’ April bir-raba’ logħba li issa hija ċerta skedata għall-Ħadd 27 ta’ April.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 3, D. Bugeja 10, C. Patus 25, W. Spiteri, O. Said 19, S. Pace 15, K. Baldacchino 2, S. Bischoff, S. Schembri 13.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 11,  M. Mercieca 8, A. Micallef, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri 2, N. Vasovic 8, J.P. Bonnici 2, M. Myres Keitt 29, A.Micallef Trigona, S. Deguara 34, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Ritratti: BOV Club Facebook: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.614430275298978.1073741879.243013872440622&type=1

Statistika…

Athleta

Free throws – 10 on 19

Baskets – 22 on 45

Three pointers – 11 on 28

Rebounds – 23

Assists – 17

Turnovers – 15

Steals – 10

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 23

Luxol

Free throws – 19 on 22

Baskets – 33 on 58

Three pointers – 3 on 7

Rebounds – 52

Assists – 23

Turnovers – 26

Steals – 9

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 16


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bupa-luxol-jipparegjaw-is-serje-finali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.