Bupa Luxol jikkwalifikaw wara rimonta

Monday, November 3, 2014, 18:15

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 81        

Remax Siġġiewi Citadel 75         
(16-21)(18-17)(18-24)(29-13)

Bupa Luxol għamlu rimonta sabiħa fl-aħħar sessjoni biex għelbu lil Remax Siġġiewi Citadel 81-75 biex għaddew għas-semifinali tas-St. James Hospital Shield u issa jiltaqgħu kontra AtoZ Electronics Athleta. Luxol kellhom lura lil Alan Borg għalkemm ma kompliex il-partita minħabba injury. Siġġiewi inkludew għall-ewwel darba lil Billy Zammit u Benoit Bartolo u kellhom fuq it-team list tagħhom ukoll lil Marco Matijevic li però ma kienx preżenti għall-partita. Kienu Siġġiewi li kellhom l-aħjar bidu u minkejja li Orlando Rutledge kellhu trippla għal Luxol, Siġġiewi marru 13-3 minn fuq wara l-ewwel ħames minuti. Għalijhom kien hemm il-punti minn Kenny Tribett u Adrian Micallef fost l-oħrajn. Rutledge kompla jikseb il-punti ta’ Luxol iżda Siġġiewi rrispondew minn Micallef u Tribett u temmew it-taqsima 21-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ minn Micallef u Tribett u l-vantaġġ tagħhom kiber għal 12 –il punt 35-23 fis-seba’ minuta. Fl-aħħar żewġ minuti, Luxol irnexxielhom jagħqqdu break ta’ 9-2 b’baskets minn Andrew Micallef Trigona, CJ Cordina u Abraham Portelli biex Siġġiewi daħlu jistrieħu erbgħa minn fuq 38-34.

Wara l-intervall, Siġġiewi bdew b’basket ta’ Tribett però Luxol kellhom il-punti ta Cordina u Portelli. Siġġiewi komplew bi trippla ta’ Steve Sammut qabel ma Luxol komplew inaqqsu d-distakk bil-freethrows ta’ Cordina u Rutledge li kellhu wkoll trippla biex id-distakk għal darb’oħra niżel għal 4 punti 49-53. Siġġiewi kellhom żewġ baskets oħra minn Bartolo u Malcolm Mallia u t-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa minn Cordina u Billy Zammit minn tlett kwarti ta’ court ta’ Siġġiewi li bdew l-aħħar sessjoni 10 minn fuq 62-52. Luxol kellhom diversi free-throws minn Rutledge, Cordina u Jean Paul Schembri u f’nofs il-perjodu rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 67-67. Siġġiewi kellhom żewġ baskets oħra minn Tribett biex reġgħu marru fuq quddiem. Luxol għamlu run qasira ta’ 7-0 bi trippla ta’ Cordina u marru minn fuq. Bartolo għamel basket ieħor għal Siġġiewi bil-Luxol jirrispondu mmedjatament permezz ta’ Portelli u Rutledge li ssudawlhom il-vantaġġ biex rebħu l-partita 81-75.

Bupa Luxol: CJ Cordina 16, A. Portelli 10, J. Willoughby, A. Borg, JP Schembri 3, O. Rutledge 44, A. Micallef Trigona 4, JP Bonnici 4, S. Capello.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 4, JP Antoncic , S. Sammut 9, E. Xuereb 4, M. Matijevic, A. Micallef 18, B. Bartolo 4, R. Carabott 2, M. Mallia 2, K. Tribett 34.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Emanuel Mangani.

Pavi Depiro 53

Floriana Cafè Del Mar 68
(16-12)(12-18)(19-13)(6-25)

Floriana tħabtu ferm aktar milli mistenni biex għelbu lil Pavi Depiro 68-53 u minkejja li r-riżultat jagħti l-impressjoni li Floriana kellhom xi rebħa faċli dan ma kienx il-każ hekk kif kien biss fl-aħħar sessjoni li huma għamlu l-partita tagħhom. Depiro rreġistraw magħhom lil veteran Sassoun Saakian fil-waqt li għamel id-debutt staġjonali tiegħu Kurt Xuereb li tilef l-ewwel partiti. Floriana għamlu bidla fil-player barrani tagħhom meta kisbu l-firma tal-player internazzjonali Olandiż Nick Oudendag. Oudendag kien protagonist mat-team nazzjonali Olandiż li l-istaġun li għadda kiseb il-kwalifikazzjoni għall-Eurobasket 2015 il-kampjonat Ewropew tal-basketball. Hu kellhu debutt pjuttost kwiet speċjalment wara li għamel l-ewwel tlett fouls kmieni fil-partita. Floriana kellhom nieqes lil Dirk Schembri u tilfu wkoll lil Lee Ross b’żewġ technical fouls fit-tieni sessjoni. Intant, kienu Floriana li bdew tajjeb bl-ewwel punti ta’ Oudendag f’pajjiżna flimkien ma’ Marco Mercieca u Nikola Vasovic. Depiro kellhom it-trippli tal-aħwa Zammit Samuel u Timothy u ġabu l-iskor indaqs fit-tmien minuta 10-10. Oudendag falla diversi free-throws u dan għen lil Depiro jmorru fuq quddiem wara baskets minn Marco Todorovic u temmew is-sessjoni b’vantaġġ ta’ erba’ punti 16-12. Floriana reġgħu marru fuq quddiem fit-tieni sessjoni wara trippla ta’ Vasovic u basket minn Nigel Sultana. Depiro kellhom trippla oħra ta’ Zammit u aktar punti minn Todorovic biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Floriana rkupraw u rnexxielhom jidħlu jistrieħu basket minn fuq 30-28 wara trippla ta’ Sultana.

Fit-tielet perjodu, Depiro bdew bi tlett baskets konsekuttivi minn Darryl Schembri, Todorovic u Zammit. Floriana wieġbu bi break ta’ 8-2 iżda Depiro wkoll kellhom run sabiħa ta’ 11-3 b’żewġ three pointers ta’ Timothy Zammit u ieħor ta’ Samuel Zammit. Depiro temmew it-tielet taqsima b’vantaġġ ta’ erba’ punti 47-43 u fil-ftuħ tal-aħħar waħda kabbruh għal sitt punti 51-45. Hawn xegħel l-allarm għal Floriana u huma rnexxielhom jagħmlu run mill-aqwa ta’ 17-0 fejn Oudendag beda jsib il-basket regolarment flimkien ma’ Vasovic u David Agius. Depiro kellhom basket minn Todorovic però l-aħħar sitt punti ġew minn Floriana li ħarġu rebbieħa 68-53.

Pavi Depiro: J. Attard, S. Saakian 2, D. Schembri 2, R. Rizzo, T. Zammit 11, N. Grech, M. Todorovic 13, R. Zammit, S. Zammit 20, K. Xuereb 5, M. Borg, R. Grima.

Floriana Cafe Del Mar: N. Oudendag 14, M. Mercieca 8, L. Ross 6, N. Sultana 2, S. Borg 2, N. Vasovic 13, C. Calleja, O. Shamala 4, D. Agius 12.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment