Bupa Luxol jieħdu l-ewwel rebħa

Sunday, April 16, 2017, 20:42

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI 

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 80

Floriana MCP Car Parks 72

(16-18)(24-13)(20-15)(20-26)

Bupa Luxol ħadu l-ewwel rebħa fis-serje finali tal-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

meta għelbu lil Floriana MCP Car Parks 80-72. Fit-tielet sessjoni Luxol kellhm vantaġġ ta’ 21 –il punt però l-grinta ta’ Floriana reġgħat daħħlithom fil-partita fejn saħansitra waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod lejn tmiem il-partita. Iż-żewġ timijiet ħarġu bl-aħjar formazzjoni possibli bl-uniku nuqqas ikun ta’ Shawn Pace għal Floriana b’Dirk Schembri konfermat mal-ewwel ħamsa ta’ Mario Tabone flimkien ma’ Sean Borg li kien tilef l-aħħar żewġ partiti tas-semi-finali. B’Samuel Deguara magħsses sewwa fl-ewwel sessjoni, Luxol irrikorrew għas-shooting minn barra fejn fetħu b’erba’ three pointers minn erba’ players differenti u marru 12-4 minn fuq. Floriana wkoll kellhom it-three pointers ta’ Chad Patus f’run ta’ 12-2 li poġġiethom minn fuq. Wara li Keith Dimech wieġeb għal Luxol, punti ta’ Schembri raw lil Floriana jtemmu s-sessjoni fuq quddiem 18-16. Luxol fetħu qawwi fit-tieni perjodu meta għamlu run ta’ 14-2 bi three pointers minn JP Schembri u William Ahlberg u l-ewwel punti ta’ Deguara. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Patus u Schembri flimkien ma’ trippla ta’ Nikola Vasovic u d-distakk bejn iż-żewġ timijiet kien ta’ disa’ punti bil-Luxol minn fuq 40-31.

Wara l-intervall reġgħu kienu Luxol li fetħu tajjeb bi break ieħor ta’ 14-2 fejn Schembri u Ahlberg kellhom trippla kull wieħed flimkien mal-punti ta’ Pierce Cumpstone u Stefan Cappello.  Luxol hawn kienu 21 punt minn fuq 54-33 u dehru fil-kontroll tal-partita però Floriana ma ċedewx u naqqsu d-distakk b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Patus. Deguara u Cappello wieġbu għal Luxol biex fi tmiem is-sessjoni huma kienu 14 minn fuq 60-46. Fl-aħħar sessjoni l-partita sbieħet hekk kif Floriana komplew jitħabtu biex inaqqsu l-iżvantaġġ li kellhom. Punti ta’ Patus u Schembri wassluhom sa’ 9 punti viċin 58-67. Luxol irkupraw b’sitt punti konsekuttivi però Floriana għamlu sforz ieħor li ssarraf f’run ta’ 11-2 bi tlett three pointers ta’ Patus li wasslithom sa’ sitt punti ‘l bogħod 69-75. Punti ta’ Cumpstone, Deguara u Dimech reġgħu taw nifs lil Luxol u minkejja t-trippla finali ta’ Vasovic, Luxol rebħu l-ewwel partita 80-72.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca, M. Sjoberg, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 11, K. Dimech 7, W. Ahlberg 12, P. Cumpstone 16, S. Deguara 28, S. Cappello 6.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 34, D. Schembri 11, S. Borg, D. Agius, N. Vasovic 18, C. Calleja 2, A. Axiaq 2, A. Micallef Trigona 5, N. Andrejevic.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Statistika…

Luxol

Free throws – 10 on 12

Baskets – 23 on 38

Three pointers – 8 on 26

Rebounds – 52

Assists – 17

Turnovers – 14

Steals – 2

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 17

Floriana

Free throws – 7 on 11

Baskets – 19 on 57

Three pointers – 9 on 18

Rebounds – 34

Assists – 6

Turnovers – 7

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 18

It-tieni partita: L-Erbgħa 19 t’April – 19:30

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment