Bupa Luxol jegħlbu lil Siġġiewi Derby

Monday, January 31, 2011, 10:35

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

 A to Z Electronics Athleta 79
Tata Motors Loyola 63
(20-11)(10-7)(23-21)(26-24)

A to Z Electronics Athleta kisbu l-14 –il rebħa konsekuttiva tagħhom tal-istaġun u s-seba’ waħda tal-kampjonat meta għelbu lil Tata Motors Loyola 79-63. Il-partita kienet sabiħa fejn għal Athleta kien nieqes Omar Said u Loyola kienu mingħajr Mark Cilia. Athelta fetħu tajjeb u punti minn Dirk Schembri poġġewhom 10-2 minn fuq. Trippla ta’ ħuh Steve u baskets ta’ Michael Naudi u Adison Bonnici komplew ikabbrulhom il-vantaġġ b’ Sean Pace iwieġeb għal Loyola. L-ewwel sessjoni ntemmet bl-Athleta 9 minn fuq 20-11. Fit-tieni perjodu Loyola bdew bil-freethrows ta’ Joshua Anastasi u trippla ta’ David Camilleri biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 18-23. Athleta rrispondew b’sensiela ta’ freethrows minn Steve Schembri biex sal-mistrieħ reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 30-18.

Fit-tielet perjodu Loyola komplew inaqssu d-distakk wara trippla oħra ta’ Camilleri u basket ta’ Jovan Mihailovic 25-32. Punti ta’ Naudi reġgħu taw vantaġġ ta’ 11-il punt lil Athleta 40-29 pero’ break ta’ 7-0 minn Loyola ressaqhom sa 4 punti viċin 36-40. Hawn pero Athleta għafsu l-gass u għamlu run ta’ 12-1 biex temmew is-sessjoni 53-39. L-aħħar sessjoni fetħet b’diversi trippli ta’ Steve Schembri biex Athleta fetħu vantaġġ ta’ 23 punt 67-44. Loyola għamlu run ta’ 10-2 li għalquha bi trippla ta’ Anastasi biex naqqsu d-distakk għal 15-il punt 54-69. Pero l-Athleta baqgħu fil-kontroll tal-partita u Loyola setgħu biss inaqqsu d-distakk għal skor finali ta’ 79-63 għal A to Z Electronics Athleta.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 23, J. Zammit, D. Schembri 20, E. Bezzina 2, C. Calleja 3, A. Bonnici 7, K. Baldacchino 1, A. Ryan 3, S. Schembri 20.

Tata Motors: S. Pace 9, B. Zammit, D. Camilleri 21, S. Borg, C. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq, J. Mihailovic 17, J. Anastasi 12, J. Ransley, A. Tabone 2

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Emanuel Mangani

Bupa Luxol 61

Siġġiewi Derby 59
(11-18)(21-16)(16-13)(13-12)

Bupa Luxol irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Siġġiewi Derby 61-59. Deċiżjoni tal-board tal-appelli tal-MBA, naqqset is-sospensjoni ta’ Marco Mercieca minn erba’ partiti għal waħda biss u l-player ġie nkluż f’din il-partita. Siġġiewi kellhom lil Marco Matijevic spettatur fuq il-bank. Kienu Siġġiewi li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 13-2 wara trippli ta’ Adrian Micallef u Lee Ross. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Petar Apcev li għamel il-punti tagħhom kollha f’din is-sessjoni li Siġġiewi temmewha 18-11 minn fuq. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’żewġ baskets ta’ Mercieca b’Siġġiewi jwieġbu bil-freethrows ta’ Alan Borg u trippla oħra ta’ Ross. Luxol naqqsu d-distakk b’iktar punti minn Apcev u Jean Paul Bonnici bis-Siġġiewi jibqgħu fuq quddiem bi three pointers ta’ Peter Shoults, Ross u Karl Borg. Luxol għalqu l-perjodu b’run ta’ 8-2 b’żewġ trippli ta’ Apcev u daħlu jistrieħu basket minn taħt 34-32.

Il-ftuħ tat-tielet perjodu kien bilanċjat fejn Siġġiewi reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 41-35. Iktar trippli ta’ Apcev taw il-vantaġġ lil Luxol għall-ewwel darba 43-42. Minkejja li Siġġiewi reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 3 punti 46-43. Apcev u Bonnici poġġew lil Luxol punt minn fuq fi tmiem is-sessjoni 48-47. L-aħħar sessjoni kienet il-qofol ta’ kollox hekk kif il-vantaġġ beda jinbidel kontinwament. Trippla ta’ Shoults poġġiet lil Siġġiewi 54-52 minn fuq. Fl-aħħar żewġ minuti three pointers ta’ Nikola Vasovic ġabet l-iskor indaqs 55-55. Luxol fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti 59-55 fl-aħħar minuta pero’ meta kien għad fadal 11-il sekonda Ross ippareġja 59-59. Fl-aħħar attakk tagħhom Luxol għamlu l-basket tar-rebħa minn Vasovic u Siġġiewi ma rnexxielhomx isalvaw il-partita u Luxol ħarġu rebbieħa 61-59.

Bupa: C.J. Cordina, M. Mercieca 14, G. Gambin, A. M. Trigona, P. Apcev 30, A. Costa, N. Vasovic 5, T. Paris 2, A. Cremona 5, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 5, S.Mizzi.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 8, K. Borg 6, J. Doughty, E. Xuereb 2, A. Borg 7, A. Micallef 13, L. Ross 11, J. Jetson 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Emanuel Mangani. 

Klassifika Kampjonat Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 7 7 0 14
Bupa Luxol 7 3 4 10
Siggiewi Derby 6 3 3 9
Depiro Mtarfa 6 2 4 8
Tata Motors Loyola 6 1 5 7




Leave a comment