Bupa Luxol jagħtu l-ewwel telfa lil Gżira Athleta

Monday, February 5, 2018, 16:24

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Cynergi Depiro 67

Hibernians 82

(22-29)(13-13)(16-17)(16-23)

Hibernians kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Cynergi Depiro 82-67 biex żammew kuntatt mal-postijiet ta’ fuq. Hibs kellhom nieqes lil Roderick Vella però kellhom lura lil Simon Attard u rreġistraw lit-Taljan Luca Tardito li lagħab magħhom fit-tieni diviżjoni. L-attakk tal-Pawlisti kien ibbażat fuq it-trio Marco Matijevic, Chad Patus u Alvaro Lizaur li bejniethom għamlu 71 punti mit-82 finali. Wara basket minn Patus għal Hibs li fetaħ il-partita, Depiro wieġbu bi trippla’ ta’ Dominic Scafidi biex ħadu l-uniku vantaġġ li kellhom fil-partita. Hawn Hibs għamlu run ta’ 15-4 bil-punti ta’ Matijevic u Lizaur li kellhu wkoll trippla. Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ Andrew Aquilina però aktar punti din id-darba minn Patus flimkien ma’ trippla ta’ Paul Attard raw lil Hibs itemmu s-sessjoni 29-22 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Depiro rkupraw u kellhom punti minn Scafidi, Nicholas Grech u David Bugeja biex għamlu l-iskor indaqs 30-30. Wara time-out mill-coach Mario Tabone, Hibs reġgħu marru fuq quddiem b’baskets minn Patus u trippli minn Lizaur u Luke Farrugia. Scafidi u Bugeja rrispondew għal Depiro però fl-intervall Hibs kienu sebgħa minn fuq 42-35.

Fit-tielet taqsima, Depiro naqqsu d-distakk bi three pointer ieħor ta’ Aquilina qabel ma Hibs kellhom il-punti minn Matijevic, Patus u trippla oħra ta’ Lizaur. Punti ta’ Kurt Xuereb ressqu lil Depiro sa’ 5 punti ‘l bogħod bir-risposta tal-Pawlisti tkun immedjata b’żewġ three pointers minn Matijevic u Patus. Qabel intemmet it-taqsima, Xuereb reġa’ naqqas id-distakk bi three pointer ieħor għal skor ta’ 59-51. Fl-aħħar sessjoni Hibs żammew kontroll tal-partita minkejja li Depiro baqgħu jirrispondu. Però t-team ta’ Marko Zloh tilfu lil Scafidi bil-ħames foul u b’Patus jidħol aktar fix-xena, Hibs setgħu jamministraw il-vantaġġ li kellhom sa’ tmiem il-partita u ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 82-67.

Cynergi Depiro: D. Bugeja 15, D. Camilleri, L. Duckinson, A. Aquilina 13, N. Grech 2, A. Attard, M. Mallia 5, K. Xuereb 9, M. Borg, D. Scafidi 23.

 

Hibernians: P. Attard 3, K. Sultana, L. Farrugia 6, S. Attard, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq 2, M. Matijevic 24, A. Lizaur 22, F. Mariani, C. Patus 25.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Ivica Simic.

Gżira Athleta 69

Bupa Luxol 76

(17-24)(13-10)(15-20)(24-22)

Ic-champions Bupa Luxol taw l-ewwel telfa tal-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

lil Gżira Athleta meta għelbuhom 76-69 biex żammew it-tieni post tal-klassifika. Athleta kellhom jagħddu mingħajr Michael Naudi u minkejja li rkupraw lil Ivan Mitrovic hu ħa sehem biss fl-ewwel ftit minuti tat-tielet taqsima. Mil-bqija Ray Muscat kellhu jagħmel użu mill-istess players tul il-partita kollha bl-Amerikan Jon Feiler jieħu ħafna mill-piż tal-attakk fuq spallejh tant li spiċċa b’41 punt. Fil-fatt kien biss Feiler li għamel il-punti tal- Athleta fl-ewwel taqsima. Luxol minn naħa l-oħra bdew bil-punti ta’ Nikola Vasovic u kellhom ukoll it-trippli minn Kyle Meyer u William Ahlberg biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti fi tmiem is-sessjoni 24-17. Fit-tieni sessjoni Luxol żiedu l-vantaġġ b’żewġ punti oħra però Athleta għaddew minn mument tajjeb u bi break ta’ 9-0 fosthom trippla minn Omar Said flimkien ma’ Feiler u Peter Shoults għamlu l-iskor indaqs 30-30. Qabel l-intervall, Luxol żiedu żewġ baskets oħra minn Keith Dimech u Ahlberg biex daħlu jistrieħu 34-32 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Luxol ħarġu aktar agressivi u ħasdu lill-Athleta b’run ta’ 17-2 fejn kien Ahlberg li beda bi trippla flimkien ma’ Dimech, Vasovic u Meyer biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 19 –il punt 51-32. Hawn però kellhu jinbidel Meyer minħabba li kkometta r-raba’ foul u Athleta approfittaw speċjalment Feiler li sab ħafna spazju u rnexxielhom jerġgħu inaqqsu d-distakk 45-54 fi tmiem it-taqsima. Fl-aħħar perjodu, Athleta komplew bl-isforzi tagħhom u żewġ trippli minn Said u Nathan Xuereb wassluhom sa’ sitt punti viċin 55-61. Vasovic kellhu mument tajjeb għac-champions u żiedilhom il-vantaġġ għal darb’oħra. Minkejja dan, Athleta reġgħu resqu viċin permezz ta’ Shoults u Feiler però l-ħin kien kontrijhom u Luxol ikkontrollaw tajjeb biex ħadu r-rebħa 76-69.

Gżira Athleta: B. Zammit 2, P. Shoults 10, L. Stefanovic, O. Said 10, S. Saakian, N. Xuereb 6, S. Vincic, I. Mitrovic, J. Feiler 41.  

Bupa Luxol: CJ Cordina 4, M. Sjoberg, N. Vasovic 23, J. Mellilo, JP Schembri 6, K. Dimech 10, W. Ahlberg 17, K. Meyer 14, A. Micallef Trigona.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Tuomas Mantere.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

6

4

2

10

482

435

Bupa Luxol

6

4

2

10

521

459

Gżira Athleta

5

4

1

9

388

374

Cynergi Depiro

5

1

4

6

349

401

Starlites

4

0

4

4

288

359





Leave a comment