Bupa Luxol Champions ġodda tal-basketball lokali

Monday, April 24, 2017, 21:44

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI 

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 84

Floriana MCP Car Parks 71

(25-12)(22-16)(23-18)(14-25)

Bupa Luxol huma c-champions il-ġodda tal-basketball

Ritratt: Wally Galea

lokali għat-tlettax –il darba fl-istorja tagħhom. Wara nuqqas ta’ seba’ staġuni t-trofew ta’ Champions reġa’ mar għand it-team imexxi minn John Tabone hekk kif huma kisbu t-tielet rebħa kontra Floriana MCP Car Parks 84-71 biex aċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-kampjonat. Luxol kienu dominanti u minn wara li rreġistraw magħhom lil Samuel Deguara sofrew biss telfa wahda. Deguara għamel differenza enormi fit-team ta’ Luxol kif stqarr Tabone stess fil-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret qabel il-bidu ta’ dawn il-finali. Flimkien ma’ William Ahlberg u l-Amerikan Pierce Cumpstone Luxol kellhom tripied li ftit seta’ jiġi megħlub. Magħhom żdiedet l-esperjenza ta’ players bhal JP Schembri u Marco Mercieca u d-debutt sodisfaċenti mal-kbar taż-żagħżugħ Keith Dimech, wieħed mill-aktar żagħażagħ promettenti fil-logħba lokali. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara li Luxol fethu bi trippla ta’ Schembri, Floriana wieġbu bil-punti ta’ Sean Borg u trippla ta’ Nikola Vasovic. Luxol komplew b’run qawwija ta’ 19-2 fejn kellhom aktar three pointers minn Schembri u Dimech flimkien ma’ Deguara biex temmew l-ewwel taqsima 25-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew jiddominaw il-partita fejn kabbru l-vantaġġ għal 24 punt 44-20 bi Schembri jkollu żewġ three pointers oħra flimkien ma’ CJ Cordina u Cumpstone. Ir-risposta ta’ Floriana ġiet primarjament minn Sean Borg li wkoll kellhu three pointer u kellhom ukoll il-punti ta’ Patus u Dirk Schembri però fl-intervall Luxol kienu għadhom 19 minn fuq 47-28.

Fit-tielet taqsima, Luxol reġgħu kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Deguara. Schembri u Borg irrispondew għal Floriana qabel ma Luxol għamlu run oħra ta’ 9-0 u kabbru l-vantaġġ għal 28 punt. Hawn Deguara kkometta r-raba’ foul tiegħu u kellhu jinbidel biex Floriana ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita. Madankollhu Luxol kellhom il-baskets ta’ Schembri u Cumpstone biex baqgħu 24 minn fuq 70-46. Floriana għamlu sforz iehor qawwi fl-aħħar taqsima fejn kellhom break ta’ 19-2 b’diversi punti minn Schembri u Patus b’dan tal-aħħar ikollhu wkoll three pointer u naqqsu d-distakk għal disa’ punti 65-74. Deguara sab posthu mill-ġdid għalkemm għal ftit ħin però kien biżżejjed biex iwaqqaf ir-run Furjaniża. Wara li kkometta l-ħames foul, kien Cumpstone li ħa t-team f’idejh fl-aħħar ftit minuti biex Luxol setgħu joħorġu rebbieħa 84-71 u jerbħu l-kampjonat. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti, Chief Executive tal-Bank Of Valletta ppreżenta l-midalji lic-champions il-godda, l-unur tal-MVP lil Samuel Deguara u t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Luxol Marco Mercieca.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 3, M. Mercieca 3, M. Sjoberg, J. Maistre Melillo, JP Schembri 17, K. Dimech 10, W. Ahlberg 3, P. Cumpstone 21, S. Deguara 27, S. Cappello.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 13, D. Schembri 25, S. Borg 11, D. Agius, N. Vasovic 6, C. Calleja, A. Axiaq 11, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic 4.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Statistika…

Luxol

Free throws – 14 on 20

Baskets – 23 on 46

Three pointers – 8 on 29

Rebounds – 51

Assists – 10

Turnovers – 10

Steals – 5

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 19

Floriana

Free throws – 12 on 16

Baskets – 25 on 66

Three pointers – 3 on 12

Rebounds – 42

Assists – 6

Turnovers – 9

Steals – 3

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 23

Ritratti: Wally Galea, BOV Club – Stefan Abela





Leave a comment