Bupa Luxol b’rebħa mportanti fuq Siġġiewi

Tuesday, January 15, 2013, 16:02

minn Colin Schembri

Siġġiewi 70

Bupa Luxol 92

(17-31)(20-17)(20-27)(13-17)

 

Bupa Luxol kisbu rebħa ferm importanti fuq Siġġiewi 92-70 biex temmew l-ewwel round bi 8 punti daqs l-istess Siġġiewi pero’ qabżuhom bis-saħħa tal-konfront dirett. Siġġiewi għal darb’oħra kellhom biss erba’ players Maltin għal din il-partita flimkien maż-żewġ barranin tagħhom hekk kif Eman Xuereb kien imweġġa. Luxol saħħew l-iskwadra tagħhom bl-akkwist ta’ Adrian Micallef li pero’ għad irid jistenna sal-logħba li jmiss għad-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Luxol. Luxol bdew tajjeb fejn bdew japprofittaw minn difiża laxka minn naħa ta’ Siġġiewi. Huma marru 12-5 minn fuq wara baskets minn Stephen Shackleford u Nikola Vasovic fost l-oħrajn. Siġġiewi wieġbu bil-puni ta’ Chris Meier u Alan Borg pero’ Jean Paul Bonnici kellhu żewġ trippli għal Luxol. Wara basket minn Marco Matijevic għal Siġġiewi, Luxol wieġbu b’run sabiħa ta’ 11-0 b’żewġ trippli minn Shackelford u Vasovic. Peter Shoults għalaq is-sessjoni bi three pointer minn nofs il-court pero’ Luxol temmewha 31-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Bonnici fetaħ bi trippla oħra favur Luxol b’Siġġiewi jwieġbu b’oħra minn Clayton Agius. Luxol kellhom ħames punti oħra minn Vasovic u Marco Mercieca qabel ma Siġġiewi għamlu run ta’ 12-0 b’diversi punti ta’ Meier biex naqqsu d-distakk għal 7 punti 36-43. Eżatt qabel intemmet it-taqsima Jean Paul Schembri għamel trippla għal Luxol li daħlu jistrieħu 9 minn fuq 48-37.

Wara l-intervall Luxol bdew b’ħames punti oħra minn Vasovic u trippla ta’ Jean Paul Schembri. Siġġiewi wkoll wieġbu b’ħames punti minn Borg u Meier. Il-punti komplew ġejjin fuq kull naħa qabel ma Siġġiewi għamlu run ta’ 11-5 biex waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod 57-65. Ir-risposta ta’ Luxol kienet immedjata bi break ta’ 10-0 li għalquh bir-raba’ trippla ta’ Bonnici u temmew is-sessjoni 75-57 minn fuq. Fl-aħħar perjodu l-punti bdew ġejjin fuq kull naħa b’Shoults jagħmel il-punti ta’ Siġġiewi pero’ Luxol kienu għadhom 20 minn fuq 86-66. Wara żewġ baskets oħra minn Siġġiewi, Luxol għalqu l-partita b’żewġ trippli minn Vasovic u Schembri biex rebħu l-partita 92-70.

           

Siġġiewi: P. Shoults 15, E. Xuereb, C. Agius 5, A. Borg 14, C. Meier 23, A. Fekete 4,  M. Matijevic 9.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 4, M. Mercieca 4, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 32, JP Schembri 12, N. Vasovic 28, T. Paris, A. M. Trigona, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 12, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

A to Z Electronics Athleta 69

Pavi Depiro 66

(17-18)(23-15)(17-20)(12-13)

 

Trippla ta’ Kristin Baldacchino 17 –il sekonda minn tmiem il-partita tat ir-rebħa lic-champions A to Z Electronics Athleta kontra Pavi Depiro 69-66. B’din ir-rebħa Athleta temmew l-ewwel round waħedhom f’ras il-klassifika. Għall-Athleta kien nieqes Shawn Pace sospiż pero’ rritorna David Bugeja li kien utli ferm u kien hemm id-debutt ta’ Sebastien Bischoff li daħal fl-aħħar ħinijiet u kellhu wkoll rebound imporanti fid-difiża. Depiro kienu mingħajr Nigel Sultana li tilef dawn l-aħħar partiti. Sa’ nofs l-ewwel sessjoni kien hemm ftit punti tant li Athleta kienu 6-5 minn fuq wara trippla ta’ Steve Schembri. Athleta baqgħu basket minn fuq qabel ma Depiro għamlu break ta’ 8-2 biex ħadu l-vantaġġ. Mike Giusti wkoll kellhu trippla għall-Athleta pero’ kienu Depiro li temmew is-sessjoni 18-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro kabbru l-vantaġġ wara baskets minn Shawn Morgan pero’ Athleta rnexxielhom idawru l-iskor wara break ta’ 12-2 bi trippla ta’ Omar Said u baskets minn Marko Todorovic. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, kienu Athleta li għalqu bi trippla ta’ Bugeja u free-throws ta’ Todorovic biex daħlu jistrieħu 40-33 minn fuq.

Depiro fetħu t-tielet sessjoni b’żewġ baskets ta’ Morgan pero’ Athleta malajr wieġbu b’iktar punti minn Todorovic u Steve Schembri biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 46-37. Depiro kellhom break ta’ 7-2 biex naqqsu d-distakk u trippla ta’ Roderick Vella wasslithom sa’ 4 punti ‘l bogħod mill-avversarji 53-57 fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar taqsima Depiro bdew b’sitt punti mingħajr risposta u marru basket minn fuq 59-57 wara żewġ minuti. Athleta wieġbu b’seba’ punti bi trippla oħra ta’ Bugeja. Depiro ma ċedewx u kellhom 7 punti oħra u fit-tmien minuta kienu 66-64 fuq quddiem. Said ippareġja għac-champions u fl-aħħar sekondi wasal it-three pointer ta’ Baldacchino li ħabat tlett darbiet mar-ring qabel daħal. In-naħa l-oħra kien hemm tentattiv ta’ Andrew Aquilina wara li Athleta tilfu l-ballun pero l-ballun ma daħalx u Athleta rebħu l-partita 69-66.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Krastev, D. Bugeja 14, M. Todorovic 23,  M. Giusti 5, M. Gauchi Montalto, O. Said 5, S. Hagul, W. Spiteri, K. Baldacchino 11, S. Bischoff, S. Schembri 11

Pavi Depiro: R. Vella 4, K. Kun, A. Aquilina 6, A. Portelli 2, D. Agius 2, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 15, S. Morgan 35.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

Tata Motors Loyola 47

Floriana Francesco Fenech 106

(13-25)(18-32)(6-23)(10-26)

 

Floriana Francesco Fenech temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel round tal-kampjonat b’rebħa mill-aqwa fuq Tata Motors Loyola 106-47 biex saru l-ewwel team li qabeż il-mitt punt dan l-istaġun. F’din il-partita kellna player Amerikan ġdid fuq kull naħa fejn għall-Loyola kien hemm Dominic Mazzocchi fil-waqt li għal Floriana kien hemm id-debutt ta’ Matt Glass. Floriana kellhom iktar tibdil fejn Steve Sammut mar ma’ Starlites fil-waqt li Adrian Baldacchino kien promoss mit-team tat-tieni diviżjoni. Il-partita ftit kien fiha storja fejn kien mistenni ħafna iktar minn Loyola fil-waqt li Floriana kellhom l-aħjar wirja tal-istaġun. Kien biss fl-ewwel ħinijiet li Loyola żammew il-pass mal-avversarji għalkemm sa nofs is-sessjoni Floriana kienu diġa 15-7 minn fuq wara trippla ta’ David Camilleri u baskets minn Bevan Scott Camilleri u Chris Sammut. Wara punti minn Mazzocchi għall-Loyola ġew ukoll l-ewwel punti ta’ Glass flimkien ma’ Dirk Schembri u Sammut biex fi tmiem is-sessjoni Floriana kienu 12 minn fuq 25-13. Fit-tieni perjodu kien hemm break ieħor ta’ 10-4 minn Floriana qabel ma Mazzocchi u Sean Borg għamlu trippla għall-Loyola. Ir-risposta’ ta’ Floriana ġiet b’run ta’ 18-6 sa tmiem il-perjodu biex daħlu jistrieħu 57-31 minn fuq.

Loyola bdew xi ftit aħjar fit-tielet perjodu meta għamlu break żgħir ta’ 6-2 b’żewġ baskets ta’ Anton Axiaq u Mazzocchi. Pero’ dawn kellhom ikunu l-aħħar punti tagħhom fis-sessjoni u minkejja li kellhom żewġ time-outs, Floriana għamlu run qawwija ta’ 19-0. Hawn kellna trippli minn David Camilleri u Ian Mercieca  flimkien ma’ baskets ta’ Glass u Sammut biex fi tmiem is-sessjoni kienu 80-37 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Floriana komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 15-3 u laħqu l-mitt punt b’basket ta’ Baldacchino  u rebħu l-partita 106-47.

 

Tata Motors Loyola: I. Buldakov 3, B. Zammit 3, A.Timor Sarrio, C. Cassar 5, S. Borg 3, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 11, JP Azzopardi 2, V. Nikolic, J. Ransley 4, D. Mazzocchi 16.

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino 2, B. Scott Camilleri 12, D. Camilleri 8, M. Glass 26, C. Sammut 19, I. Mercieca 11, C. Calleja 4, D. Schembri 15, M. Ciantar, S. Saakian 9.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Jacques Abeng.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

5

4

1

9

393

324

Floriana Francesco Fenech

5

3

2

8

451

385

Bupa Luxol

5

3

2

8

383

378

Siġġiewi

5

3

2

8

332

336

Pavi Depiro

5

2

3

7

342

340

Tata Motors Loyola

5

0

5

5

247

385

 





1 Comment

  1. joseph says:

    Huwa veru li Siggiewi keccem lil coach wara din it-telfa? Jekk hu veru lil min ha jghamlu? Qed jissemmew Karl borg jew Don Ross? L-iktar li jixraqlu nahseb huwa Karl ghalkemm jien kontra kif jikkocja imma nahseb li he si a winner u team tas-siggiewi winner irid imexxih. don jara biss flus…….By the way ghal darba ohra Sliema u Luxol qed juru min hu l-aqwa fil basketball malti …..As always the north team win ,,,Viva tal-Pepe

    [Reply]

Leave a comment