Bupa Luxol b’rebħa mportanti fuq Floriana Royce

Monday, December 9, 2013, 21:03

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 77

Remax Citadel Siġġiewi 74

(13-17)(21-12)(18-25)(25-20)

F’partita mill-isbaħ, A to Z Electronics Athleta għelbu lil Remax Citadel Siġġiewi 77-74 biex momentarjament telgħu waħedhom f’ras il-klassifika. Partita verament kumbattuta minn kull lat u ż-żewġ timijiet kienu viċin xulxin għal ħafna ħin. Athleta kellhom liż-żgħażagħ Hagul Soufian u Mike Giusti nieqsa però ppreżentaw għal-ewwel darba lil Matthew Zammit ix-Xellugi li għadu fuq il-kotba tagħhom fil-waqt li Siġġiewi kienu għal darb’oħra mingħajr Marco Matijevic. Il-partita fetħet b’basket minn David Bugeja favur Athleta iżda Siġġiewi kellom run ta’ 10-2 bil-baskets ta’ Ivo Hoeger u Steve Sammut. Athleta naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Chad Patus flimkien ma’ Omar Said u waslu sa’ punt ‘l bogħod 13-14. Eżatt qabel ma ntemmet is-sessjoni kien hemm trippla ta’ Sammut  biex Siġġiewi temmewha minn fuq 17-13. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, wara li kellhu sessjoni kwieta bdew ġejjin il-punti ta’ Michael Naudi wara żewġ turnovers ta’ Lee Ross. Huma kellhom run ta’ 12-2 fejn minbarra l-punti ta’ Naudi kien hemm ukoll il-punti ta’ Steve Schembri, Patus u Zammit. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Ross u Alan Birh biex naqqsu d-distakk għal basket. Iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’baskets ta’ Schembri u Shawn Pace fuq naħa u Ross u Malcolm Mallia n-naħa l-oħra. Borg għamel trippla għal Siġġiewi iżda bħalu għamel Schembri wara basket ta’ Patus biex Athleta daħlu jistrieħu 34-29 minn fuq.

Wara l-inervall Athleta feħu bi trippla ta’ Said iżda għal kull basket li bdew jagħmlu, Siġġiewi bdew jagħmlu tnejn biex naqqsu d-distakk 39-41. Siġġiewi komplew b’ritmu tajjeb u għamlu run oħra ta’ 11-2 bi three pointers ta’ Sammut u Ross biex reġgħu marru sitta minn fuq 50-44. Athleta kellhom it-trippli ta’ Schembri u Patus biex naqqsu d-distakk għal basket u baqa’ hekk sat-tmiem il-perjodu bis-Siġġiewi kienu minn fuq 54-52. Athleta reġgħu fetħu tajjeb fir-raba’ sessjoni b’żewġ trippli wara xulxin minn Schembri u Said. Siġġiewi għal darb’oħra reġgħu ġabu l-iskor indas 60-60 wara żewġ baskets minn Hoeger. Issa l-partita saret ferm missielta bil-punti ta’ Bugeja u Said għall- Athleta u Hoeger u Ross għal Siġġiewi. Siġġiewi waslu darbtejn basket taħt l-avversarji u darbtejn sa’ punt bl-aħħar okkażjoni tkun fl-aħħar ħdax –il sekonda wara trippla ta’ Sammut. Athleta kellhom il-pussess tal-ballun u serrħu rashom mir-riżultat b’żewg freethrows ta’ Naudi biex rebħu l-partita 77-74.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, D. Bugeja 10, C. Patus 24, W. Spiteri, O. Said 12,  S. Pace 1, B. Bartolo, D. Ross , M. Zammit 2, S. Schembri 13.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Doublet, A. Debattista, S. Sammut 16, C. Sammut, N. Falzon, L. Camilleri, A. Borg 7, L. Ross 18, J.P. Antoncic, I. Hoeger 25, M. Mallia 8.

Pavi Depiro 91

Starlites 52

(17-11)(15-16)(36-13)(23-12)

Pavi Depiro approfittaw mil-konfront dirett bejn Athleta u Siġġiewi u kisbu rebħa faċli kontra Starlites 91-52. Għal Depiro kien hemm partita tajba tal-Amerikan Turell Morris flimkien ma’ Nigel Sultana fil-waqt li Starlites ħallew kollox f’idejn is-Serb Marko Todorovic speċjalment fin-nuqqas ta’ Gabor Szokreny biex Todorovic kellhu 42 mit-52 punt li għamlu. Depiro ħarġu mal-ewwel fuq l-attak biex jevitaw xi sorpriża u wara nofs l-ewwel taqsima kienu diġa 11-2 minn fuq bi tlett baskets ta’ Anton Axiaq, Sultana u trippla ta’ Andrew Aquilina. Starlites wieġbu b’basket ta’ Robert Bonnici qabel ma Depiro kellhom break qasir ta’ 6-2. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Starlites li għamlu 5 punti mingħajr risposta kollha minn Todorovic biex is-sessjoni ntemmet bid-Depiro fuq quddiem 17-11. Fit-tieni sessjoni kien hemm basket fuq kull naħa fl-ewwel minuti. Depiro komplew bil-punti ta’ Morris, Roderick Vella u Sam Bartolo iżda Starlites kellhom żewġ three pointers minn Bonnici u Todorovic biex naqqsu d-distakk għal erba’ punti 22-26. Hawn Depiro reġgħu żiedu l-vantaġġ b’aktar punti minn Axiaq u Morris biex Starlites għalqu l-perjodu b’basket minn Todorovic u fl-intervall Depiro kienu 32-27 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita ħadet svolta nettament favur Depiro li bdew bi break ta’ 12-0 fl-ewwel erba’ minuti fejn kellhom il-punti ta’ Bartolo, Vella, Axiaq u Morris. Wara tlett punti minn Todorovic għal Starlites, Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 u marru 25 punt minn fuq 55-30.  Qabel intemm il-perjodu, Depiro komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 12-4 għal skor ta’ 68-40. Fir-raba’ perjodu, Morris għamel ħerba mid-difiża ta’ Starlites meta waħdu għamel run ta’ 14-4. Il-players ta’ Statlites bl-eċċezzjoni ta’ Todorovic waqfu jagħmlu l-punti għaliex kien hu li għamel l-aħħar 17 –il punt tagħhom. Depiro għalqu l-partita bil-punti ta’ Sultana u Vella u rebħu l-partita 91-52.

Pavi Depiro: R. Vella 9, N. Sultana 14, T. Morris 36,  A. Aquilina 7, A. Portelli 2, S.P. Bartolo 10, A. Axiaq 9, E. Lupo, I. Tanti 4.

Starlites: M. Todorovic 42, R. Loporto 2, R. Bonnici 7, A. Schembri, S. Bonnici, A. Cutajar, M. Vassallo , J. Curmi 1, B. Soler, G. Coleiro.

Referees: Bernard Vassallo, Teemu Helenius, Clive Terribile.

Bupa Luxol 103

Floriana Royce 82

(20-19)(26-7)(31-19)(26-37)

Bupa Luxol kisbu rebħa ferm importanti fuq ic-champions Floriana Royce bl-iskor ta’ 103-82. Luxol kellhom lil Nick Andrejevic jieħu post Jamie Willoughby fil-waqt li Floriana bdew il-partita mingħajr Dirk Schembri u David Camilleri b’dan tal-aħħar ikompli l-logħba wara l-intervall. Luxol minbarra s-solitu Micheal Myres Keitt kellhom ukoll lil Adrian Micallef f’ġurnata mill-aqwa tant li dawn iż-żewġ players waħedhom għamlu xejn anqas minn 71 punt. Għal Floriana, reġa kien Derek Elston li mexxa lit-team bl-44 punt tiegħhu iżda dawn ma kienux biżżejjed għac-champions li issa ntlaħqu fil-klassifika mill-istess Luxol. Il-partita bdiet bil-Luxol jieħdu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-0 bil-punti ta’ Myres Keitt u Micallef. Floriana wieġbu bi break ta’ 8-2 b’żewġ baskets minn Elston u David Agius u Peter Shoults biex naqqsu d-distakk. Luxol kellhom żewġ baskets oħra minn Micallef u Jean Paul Schembri qabel ma Floriana għamlu run oħra ta’ 9-2 li bdewha u għalquha bi three pointer ta’ Elston biex marru punt minn fuq 17-16. Huma żammew il-vantaġġ għall-attakk ieħor iżda kienu Luxol li temmew il-perjodu fuq quddiem 20-19 wara basket ta’ Myres Keitt. It-tieni taqsima fetħet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex id-distakk baqa’ l-istess 24-23. Hawn iżda Luxol kellhom mument stupend fejn għamlu run ta’ 21-0 bi trippla ta’ Myres Keitt u baskets minn Marco Mercieca, Nikola Vasovic u Micallef fost l-oħrajn. Dan il-break qawwi wassal biex Luxol daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 20 punt 46-26.

Wara l-intervall, Luxol komplew jiddominaw il-partita u għamlu run oħra ta’ 16-4 fejn kellhom it-trippli ta’ Myres Keitt u Schembri u kabbru l-vantaġġ għal 30 punt 62-32. Ic-champions komplew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti u kien biss fl-aħħar minuti li għaqqdu break qasir ta’ 7-2 bi trippla ta’ Peter Shoults u fi tmiem is-sessjoni Luxol kienu 77-45 minn fuq. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Luxol kellhom iktar trippli minn Myres Keitt u Schembri però mbagħad naqqsu xi ftit ir-ritmu u Floriana bdew inaqqsu d-distakk meta għamlu break ta’ 12-3 bi trippla ta’ Camilleri għal skor ta’ 88-66. Luxol għamlu żewġ baskets oħra minn Myres Keitt iżda Floriana wieġbu b’run oħra ta’ 13-2  u d-distakk niżel għal 15 –il punt 79-94. Luxol għaqqdu l-mitt punt b’basket tal-captain Marco Mercieca u għalqu l-partita b’basket ta’ Schembri fuq skor finali ta’ 103-82.

 

Bupa Luxol: C.J. Cordina 2,  M. Mercieca 12, A. Micallef 30, A.Micallef Trigona, C. Cassar, J.P. Schembri 14, N. Vasovic 4, T. Paris, M. Myres Keitt 41, N. Andrejevic, J.P. Bonnici, S. Capello.

Floriana Royce: O. Shamala 2, D. Elston 44, D. Camilleri 7, P. Shoults 10, S. Borg, C. Calleja 9, S. Saakian 8, D. Agius 2.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius, Steve Gouder.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

4

3

1

7

293

265

Pavi Depiro

4

3

1

7

296

246

Remax Siġġiewi Citadel

4

2

2

6

253

227

Bupa Luxol

4

2

2

6

293

292

Floriana Royce

4

2

2

6

277

288

Starlites

4

0

4

4

213

307





7 Comments

  1. brimba says:

    tas-sliema qatt ma jkunu dirty…tridx tmur…jinzlu jaghjru r-referees, zewg coaches jipprotestaw b’mod isteriku u l-players taghhom qatt ma jaghmlu foul!!

    [Reply]

  2. Xnajder says:

    Anybody that touch any of the Athleta dolls is considered to be dirty! It’s a man game!

    [Reply]

  3. Nistaqsi says:

    Xinti tghid Edmund? Statics? Dirtiest? Qied tghid lil xi hadd biex ikun “constructive”…inti ma tafx xinti tghid!!!!!!!!
    Xi statics tad-dirtiness? 

    “Sports in Malta”, hemm xi statics tad-dirtiest players ximkien?

    [Reply]

  4. Oppinjonista Malti says:

    @ Edmund…..

    Last time I checked….there is, and has never been, NO SUCH statistics as dirtiness… seems like you are watching some other sport…or whatever….

    [Reply]

  5. Edmund says:

    I suggest you check the statics on which are the dirtiest players and  the  top 2 are  Siggiewwi players.  Get serious and trt to be constructive.

    [Reply]

    Freelance Reply:

    Firstly…you are talking rubbish….
    Secondly…it is evident that you don’t know jack about bball…
    Thirdly…same as the first point!!!!!

    [Reply]

  6. Gharukaza says:

    Gharukaza l-agir tal-assistent coach tal-Athleta. Malajr taghllem minn sidu.
    Nesa x’kienu jaghmlu lilu!!!! Kemm ghajat u fetah idejh. Kemm gerger fuq player li inqas minn sena ilhu kien jaqbez ghalih!!!

    [Reply]

Leave a comment