Bupa Luxol bit-tielet rebħa konsekuttiva

Monday, February 6, 2017, 20:54

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Rebħ għal Bupa Luxol u Cynergi Depiro fis-sitt ġurnata tal-kampjonat bil-partita bejn Hibernians u Floriana MCP Car Parks tkun posposta minħabba nuqqas ta’ referees.

Bupa Luxol 80

Gżira Athleta 76

(16-25)(13-20)(18-19)(33-12)

Bupa Luxol wettqu rimonta qawwija fl-aħħar taqsima biex dawwru telfa f’rebħa kontra Gżira Athleta u telgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika. Luxol kienu mingħajr CJ Cordina fil-waqt li Athleta kellhom nieqsa lil Nicolai Lubrano u Judah Bos. Wara bidu bilanċjat fejn Luxol marru 9-6 minn fuq bi trippla ta’ Keith Dimech, Athleta wieġbu b’run sabiħa ta’ 13-3 b’żewġ trippli ta’ David Camilleri u marru 19-12 minn fuq. Huma komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Josiah Whitehead u  temmew l-ewwel

Ritratt: Wally Galea

taqsima disgħa minn fuq 25-16. Fit-tieni perjodu Luxol naqqsu d-distakk bi three pointers ta’ Pierce Cumpstone u Jean Paul Schembri. Athleta reġgħu wieġbu bi beak ieħor din id-darba ta’ 16-2 b’punti ta’ Whitehead u Michael Naudi u fetħu vantaġġ massimu ta’ 21 punt 45-24.Qabel l-intervall Luxol resqu viċin b’basket minn Crumstone u trippla ta’ William Ahlberg għal skor ta’ 45-29.

Fit-ftuħ tat-tielet taqsima Luxol komplew inaqqru l-vantaġġ tal-Athletau bil-punti ta’ Samuel Deguara u Cumpstone waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod 42-50. Athleta rkupraw meta reġa’ kellhom run ta’ 14-4 b’żewġ trippli oħra minn Camilleri flimkien ma’ Roderick Vella u temmew il-perjodu 64-47 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Luxol fetħu bil-punti ta’ Deguara u trippli minn Cumpstone u Ahlberg biex naqsu d-distakk għal 5 punti 65-68. Athleta ħadu ftit tan-nifs b’żewġ trippli ta’ Vella u reġgħu marru disgħa minn fuq 76-67. Dawn però kienu l-aħħar punti tagħhom għaliex minn hemm ‘l quddiem, Luxol bdew run finali ta’ 14-0 kollha minn Deguara u Stefan Capello biex rebħu l-partita 80-76.

Bupa Luxol:  M. Mercieca, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 8, K. Dimech 5, W. Ahlberg 9, P. Cumpstone 22, S. Deguara 26, S. Cappello 10.

Gżira Athleta: M. Naudi 11, R. Vella 13, D. Camilleri 12, P. Shoults 8, B. Zammit, S. Vincic 4, M. Gauchi Montaldo 4, J. Whitehead 28.

Referees: Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Cynergi Depiro 80

Starlites 65

(21-18)(13-17)(17-15)(29-15)

Cynergi Depiro tħabtu iktar milli mistenni biex finalment għelbu l-isfida ta’ Starlites tant li kien biss fl-aħħar sessjoni li għamlu ċert mir-rebħa. Steve Sammut kien nieqes għal Depiro fil-waqt li Starlites kellhom biss tmien players għal din il-partita għal raġunijiet varji. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għal ħin twil. Depiro kellhom mument tajjeb bi tlett three pointers minn Timothy Zammit u Andrew Aquilina biex ħadu vantaġġ ta’ seba’ punti 19-12. Starlites ġew lura bil-punti ta’ Ivan Mitrovic u Jacob Formosa però kienu Depiro li temmew it-taqsima fuq quddiem 21-18. Fit-tieni perjodu Starlites approfittaw minn sensiela ta’ turnovers ta’ Depiro u għamlu run ta’ 12-2 bi trippla ta’ Mitrovic u l-punti ta’ Nicola Stankovic biex marru minn fuq 30-28. Depiro kellhom il-punti ta’ Dominic Scafidi però kienu Starlites li daħlu jistrieħu minn fuq 35-34.

Wara l-intervall il-partita kompliet tkun bilanċjata bl-ebda team ma jirnexxielhu jieħu vantaġġ fl-ewwel ħinijiet. Wara parita ta’ 40-40, Depiro kellhom seba’ punti mingħajr risposta minn Scafidi, Aquilina u Kurt Xuereb. Starlites ukll irrispondew bil-punti ta’ Formosa flimkien ma’ Alec Felice Pace u Miguel Falzon għal skor ta’ 51-50 favur Depiro. L-aħħar taqsima bdiet bi trippla fuq kull naħa minn Xuereb għal Depiro u Anthony Schembri għal Starlites. Hawn Depiro kellhom run ta’ 10-0 maqsuma bejn l-Amerikan DJ Mason u l-Ispanjol Alvaro Querios u Aquilina biex setgħhu għall-ewwel darba jiftħu vantaġġ b’figuri doppji 64-53. Issa kienu Starlites li bdew jiżbaljaw ankè okkażjonijiet faċli u Depiro ma ħafrux u għamlu break ieħor ta’ 12-3 biex finalment ħadu l-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 80-65.

Cynergi Depiro: D. Bugeja 8, R. Bonnici, D. Schembri, A. Aquilina 12, DJ Mason 31, T. Zammit 3, M. Mallia, A. Queiros 5, K. Xuereb 11, M. Borg, D. Scafidi 10.

Starlites: I. Mitrovic 11, R. Carabott 3, A. Schembri 3, M. Falzon 4, A. Felice Pace 13, N. Stankovic 10, J. Formosa 21.

Referees: Bernard Vassallo, Igor Marjanovic, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Cynergi Depiro

6

5

1

11

446

401

Bupa Luxol

6

4

2

10

458

426

Floriana MCP Car Parks

5

3

2

8

404

373

Gżira Athleta

5

2

3

7

346

350

Starlites

5

2

3

7

393

439

Hibs

5

0

5

5

391

449

 

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment