Brian Cini jirbaħ it-tieni ranking turnament tas-snooker tal-istaġun

Thursday, November 17, 2016, 21:20

Brian Cini jirbaħ it-tieni ranking turnament tas-snooker tal-istaġun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association

Brian Cini li jilghab mal-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug rebah it-tieni ranking turnament tas-snooker ta’ dan l-istagun meta fil-Finali li ntlghabet il-bierah gewwa c-Centru Laburista, Mellieha huwa gheleb lil Duncan Bezzina li jilghab mal-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla bl-iskor ta’ 5-2.

Kien Cini li rebah l-ewwel erbgha frames biex dahal jistrieh 4-0 qabel l-intervall. Meta reġa’ beda l-loghob Bezzina rebah iz-zewg frames ta’ wara izda Cini ssigilla r-rebha bir-rebh tas-sebgha frame ghal skor finali ta’ 5-2.

Il-Finali kienet ikkontrollata mir-referee Joe Debono.

Wara l-Finali, is-Sur Vincent Pisani f’isem il-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-trofej liz-zewg finalisti.

Fir-Ranking List tal-MBSA, Duncan Bezzina issa tela’ fl-ewwel post b’2820 punt segwit minn Alex Borg b’2800 u Brian Cini li ghandu 2650 punt.

Iż-żewġ plejers qabel il-Finali flimkien mar-referee Joe Debono u l-ufficjal tal-MBSA Vincent Pisani





Leave a comment