Brian Cini champion ta’ Malta għall-ewwel darba

Thursday, May 12, 2016, 20:40

Kampjonat Nazzjonali tas-Snooker 2015/16 organizzat mill-MBSA

Brian Cini champion ta’ Malta għall-ewwel darba

Brian Cini li jilgħab mal-Kazin Banda San Guzepp, Haz-Zebbug huwa c-champion il-gdid tas-snooker meta fil-finali tal-Kampjonat Nazzjonali Premier organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association li saret il-bierah fl-għaxija huwa għeleb lil Alex Borg ta’ Juventutis Domus, Zejtun bl-iskor ta’ 6-4.

Il-finali ntlagħbet quddiem pubbliku numeruz fil-Klabb Juventutis Domus taz-Zejtun u kienet ikkontrollata mir-referee Charles Vella. Dan kien l-ewwel Titlu Nazzjonali għal Cini fl-ewwel Finali tiegħu fil-Kampjonat Nazzjonali.

Kien Cini li rebah l-ewwel frame izda Borg irrisponda billi rebah it-tliet frames ta’ wara fejn fihom għamel breaks ta’ 76, 44 u 41 biex mar jistrieh 3-1 minn fuq qabel l-intervall. Meta tkompla l-logħob Cini għamel break ta’ 121 għal 3-2 izda Borg rebah is-sitt frame biex għamel l-iskor 4-2. Cini rrisponda billi rebah l-erbgħa frames ta’ wara inkluz breaks ta’  53 u 74 għal skor finali ta’ 6-4 u r-rebh tat-titlu Nazzjonali.

L-iskors tal-frames fil-final kienu dawn: (Cini l-ewwel): 91-38, 0-76(76), 4-85(44,41), 58-67, 127(121)-1, 45-87, 60-41, 83(53)-15, 75(74)-34 u 63-1.

Wara l-finali s-Sur Frans Bugeja President tal-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-tazza lil Brian Cini u awgura liz-zewg plejers għall-impenji internazzjonali li għandhom aktar tard din is-sena.

Sadanittant l-istagun tal-MBSA ikompli din il-gimgħa meta jitkompla l-logħob mir-raba u l-ahhar ranking turnament għal dan l-istagun li jintemm nhar il-Gimgħa 29 t’April meta tintlagħab il-finali. Il-finali li tkun l-ahjar minn 9 frames se tintlagħab fil-Kazin tal-Għaqda Melita Banda San Guzepp, l-Imsida u tibda fis-6.15pm

Is-Sur Frans Bugeja, President tal-Malta Billards and Snooker Association jipprezenta t-tazza lil Brian Cini

Brian Cini u Alex Borg flimkien mar-referee Charles Vella qabel il-finali





Leave a comment