Brenda Borg ta’ Mġarr tirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa

Thursday, March 15, 2018, 13:56

Brenda Borg ta’ Mġarr United hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Jannar u Frar tal-2018.

Brenda lagħbet għat-tletin darba ma’ Malta fir-rebħa ta’ Malta ta’ 4-1 fuq l-Estonja nhar it-8 ta’ Frar u għal ftit ma rnexxilhiex tniżżel isimha mal-lista tal-iskorers hekk kif il-gowler tal-Estonja rnexxielha ssalva x-xutt angolat ta’ Borg u titfgħu f’corner.

Borg tat partita iebsa lil Hibernians, li qed jiġġieldu għat-titlu tal-kampjonat, hekk kif fetħet l-iskor fit-tmien minuta u tat vantaġġ lil Mġarr United li żammewh sas-70 minuta, bil-Hibernians xorta jirbħu l-partita b’gowl fil-ħin barrani. Hija skorjat ukoll it-tielet gowl ta’ Mġarr fir-rebħa tagħhom ta’ 3-0 fuq Kirkop b’xutt eċċellenti fis-70 minuta.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa lil Brenda Borg. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi u ilu jappoġġja għal żmien twil il-futbol tan-nisa f’Malta.





Leave a comment