- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

“Branco jitpastaż f’Liechtenstein”

Posted By Sportinmalta On June 4, 2011 @ 3:40 pm In Featured,GSSE Liechtenstein 2011,Volleyball | 82 Comments

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirrapporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Branco Vlahovic

Branco Vlahovic

Mela dalgħodu l-ġurnalisti kważi kollha Maltin iddeċidejna li mmorru nissaportjaw u ovvjament nirrapportaw il-Finali għall-Bronż tal-Beach Volley. Ġara li wara l-partita hekk kif jien u sħabi morna nieħdu b’idejn il-players Maltin kif nagħmlu s-soltu il-President attwali tal-MVA (Malta Volleyball Association) Branco Vlahovic imbuttani minn idejja u qalli “Do not touch my players”.

Jien insistenjt li mhux qed nagħmel xejn ħażin billi nikkongratula ruħi mal-kompatrijotti tiegħu iżda min-naħa tiegħu Branco (li għandu tikketta miegħi personali talli fuq dan is-sit ġieli deheru stejjer dwar il-konfużjoni fi ħdan l-Assoċjazzjoni tiegħu) qalli quddiem kulħadd “You are an Asshole…. You are not Journalist ….. You are an Asshole”

Meta kkonfrontajtu u saqsejtu għaliex qed ikun pastaż u baxx miegħi, hu reġa’ tenna “You are Asshole and Shit…… Fuck You”

Hawn ma flaħtx iktar u rrispondejtu kif naf jien quddiem sħabi l-ġurnalisti u quddiem anke l-players Zarb u Borg li jekk jien dak li għajjarni hu iktar minni billi għidtlu “Branco if I am an Asshole you are an Asshole bigger than I am”

Tajjeb li wieħed ikun infurmat li t-tikketta li għandu miegħi Branco Vlahovic hi minħabba l-fatt li jien f’dan is-sit sportimalta.com irrappurtajt ħafna stejjer dwar il-konfużjoni u t-taħwid fi ħdan l-MVA liema stejjer ovvjament ma niżlux tajjeb ma’ Branco u sħabu fiċ-ċirku żgħir ta’ amministraturi tal-MVA.

L-argument sħiħ kompla wara li Branco reġa’ ġie biex ikellimni wara li xi Maltin madwarna resquħ ‘il bogħod minni.  Meta ġie biex ikellimni jien irrifjutajat li nagħmel dan jekk ma jagħmilx apoloġija quddiem kullħadd. Hu hekk għamel fejn talabli apoloġija li iżda publikament qed nistqarr li mhux se naċċetta speċjalment minn persuna li mhux demm Malti għandu bħali.

Hu baqa’ jinsisti li jien qed nagħmel ħsara lill-Volleyball bl-istejjer li qed nippublika fuq dan is-sit u fl-istess nifs ammetta li kollha huma veritili u korretti. “Yes Sandro we admit that we did not finish off our Annual General Meeting and we admit that we did not present  in front of our members, the financial reports, and this is because we had much important things to do like the preparation of the girls for this event here”.

Rapport uffiċjali lill-KOM.

Fuq dan l-inċident irrappurtajt lil Branco Vlahovic immedjatament lill-Kumitat Olimpiku Malti talli kien pastaż u arroganti fil-konfront tiegħi waqt il-qadi ta’ dmirijieti hawn f’Liechtenstein. Rapport uffiċjali mill-miktub se jintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-KOM, lill-KMS u anke lill-Federazzjoni Ewropea tal-Volleyball.

Minn hawn qed nisfida lil Branco Vlahovic sabiex jagħmilli libell talli qed nerġa’ ntenni li hu persuna arroganti u pastaża u ta’ livell baxx u injorant. Nisfidah ukoll sabiex l-apoloġija li għamel diġa’ wara li kellimni b’dak il-mod jagħmilha issa quddiem il-Qorti.

Sandro Micallef

Ara hawn taħt l-artikli bi stejjer investigattivi dwar l-MVA -

http://www.sportinmalta.com/malta-volleyball-association-to-engage-another-national-team-coach/

http://www.sportinmalta.com/volleyball-agm-still-to-be-concluded-2months-on/

http://www.sportinmalta.com/exclusive-mva-given-important-award-clubs-and-media-not-informed/

http://www.sportinmalta.com/who-are-the-kings-and-queens-of-the-beach/

http://www.sportinmalta.com/carelessness-at-mva-offices/


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/branco-jitpastaz-fliechtenstein/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.