Boxing:Statement mill-CEO Marc James

Tuesday, October 13, 2015, 19:41

B’referenza lejn il-Kampjonati Nazzjonali tal-Boxing li ttellaw ftit tal-ġimgħat ilu, nixtieq nibda billi nirringrazzja lil kull min kien involut, tax-xogħol siewi tagħhom kif ukoll lil atleti kollha li ħadu sehem tas-serata tassew sodisfaċenti.

Ma’ nistax pero ma nesprimix id-diżappunt li ħadt hekk kif uħud mill-membri tal-clubs urew mġieba inaċċettabli u arroganti fuq mezzi tal-media soċjali b’attakki personali lejn uffiċjali tar-ringside panel. Dawn l-membri ser ikunu qegħdin jiġu msejjħa sabiex jidhru quddiem board tad-dixxiplina sabiex naċċertaw li din it-tip ta’ mġieba ma nerġawx narawha fuq shows oħra.

Bħal ma’ wħud minnkhom diġa tafu, aktar tard wara li l-attivita ntemmet, wieħed mill– ħaddiema tal- kuntrattur tad-dawl sfortunatament kien involut f’aċċident hekk kif bdew il-ħidma tagħhom sabiex tiżżarma l-istruttura li kienet mikrija lilna għal dak il-lejl. Dan ġie operat ftit sigħat wara u mill-aħħar informazzjoni li għandna tidher li kienet ta’ suċċess hekk kif l-mediċi qajmuh u deher li għamel reazzjoni. F’isem il-komunita’ kollha tal-boxing, nawguraw lil Philip fejqan ta’ malajr.

Wara l-istess show, l-kumitat irċieva diversi ilmenti kemm mingħand membri tal-assoċjazzjoni kif ukoll membri tal-pubbliku rigward tlett ġlidiet partikolari li kienu Galea kontra McIntyre, Gasper kontra Cortis u Schembri kontra Dixon.

Wara li erġajt segwejt sew it-tlett ġlidiet minn fuq il-footage uffiċjali, id-deċiżjoni tiegħi kienet li r-riżultati tal-ġlidiet bejn Galea u McIntyre kif ukoll dik ta’ bejn Gasper u Cortis għandhom jinbidlu. Din ġiet milqugħa u aċċettata mill-membri tal-kumitat Eżekuttivi u għal daqstant nixtieq inħabbar li r-rebbieħa huma Mandy Cortis u Scott McIntyre. Fir-rigward tat-tielet ġlieda msemmija, ħassejt li l-panel mhuwiex b’saħħtu biżżejjed sabiex tittieħed deċiżjoni u għal daqstant din bħalissa qiegħda f’idejn judges barranin sabiex jagħtu l-ġudizzju tagħhom.

Għal daqstant il-judges kif ukoll referees eżistenti ġew kollha issuspenduti sakemm l-kapaċitajiet tagħhom jerġaw jiġu evalwati minn panel professjonali barrani. Dan ifisser li fuq ix-show li jmiss u x’aktarx anke ta’ warajh, se naraw judges u referees Ewropej li huma kollha membri tal-EBU.

Ta’ min jirrimarka ukoll li fil-ġimgħat li ġejjn ser inkun qed nintroduċi regoli ġodda li huma parti minn WBC imsemmija Round 4 & Round 8 rule fejn l-punti mogħtija mill-judges ser ikunu qed jiġu ippubblikati dak il-ħin stess kif tispiċċa l-ġlieda.

Il-prijorita’ tagħna tibqa’ dejjem is-sigurta’ tal-boxers u l-oġġettiv ewlieni jibqa’ dak li nsegwu r-regolamenti kollha kif ukoll li nħaddnu prinċipju ta’ ġustizzja.

Yours in Sports,
Marc.




Leave a comment