Boxing eċċellenti minn Borg

Monday, June 3, 2013, 16:38

Darren Borg, atleta mill-klabb tal-Ying Yang Team Noel Kickboxing, jirbaħ it-taqbida tiegħu ta’ ritorn fil-Boxing. Borg kien wieħed mill-20 atleta minn klabbijiet differenti tal-Boxing li ħadu sehem fis-serata. Huwa kkompeta fil-kategorija tal-Heavy Weight għal atleti ta’ 100kg jew aktar u affaċċja lil Mark “the Machine” Cutajar. Dawn ikkompetew f’taqbida 4×2 fejn Cutajar kellu seba’ kilogrammi aktar minn Borg.

Kif mistenni minn kulħadd it-taqbida Borg Cutajar kienet l-aktar waħda akkanita fejn iż-żewġ atleti tal-Heavy Weight taw spettakklu ta’ aġilità u ta’ teknika tal-Boxing. Borg żamm il-kontroll matul ittaqbida kollha kemm fuq il-livell tekniku u dak fiżiku. L-istrateġija tiegħu kienet li jdur il-ħin kollu ma’ Cutajar u jistenna l-waqt xieraq biex jattakka u jġib il-punti. It-tnejn li huma attakkaw u żgiċċaw it-tekniki ta’ xulxin u għamlu kontrattakk fuq ieħor. Imma kienu l-ponnijiet b’saħħithom ta’ Borg li laktar li bdew isibu l-mira tagħhom fuq Cutajar.

Borg kien ilu wieqaf mit-taħriġ u ma jikkompeti għal dawn l-aħħar tliet snin. Kien biss f’dawn laħħar xhur li reġa’ beda jitħarreġ ma’ Master Noel Mercieca fil-Boxing. Borg kien jitħarreġ l-aktar fil-Kickboxing u għandu rebħiet kemm fil-livell lokali u barrani, din kienet it-tielet darba li għamel taqbida tal-Boxing. L-avversarju tiegħu kien ir-rebbieħ tal-edizzjoni ta’ Frar ta’ Prize Boxing fejn rebaħ turnament ta’ bejn tmien atleti.

L-avveniment li jmiss għall-atleti l-oħrajn ta’ Team Noel se jkunu l-kampjonati nazzjonali talKickboxing fil-21 ta’ Ġunju fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali. Gladiators Promotions, l-organizaturi tasserata b’kollaborazzjoni ma’ Team Noel u d-WKN, se jġibu lil Bruno Torres biex jerġa’ jaffaċċja lil Daniel “the Jet” Zahra. Dawn se jikkompetu għaċ-Ċinturin Dinji tad-WKN bir-regoli tal-K1.





Leave a comment