BOV Water Polo Plejers tax-Xahar
Friday, August 8, 2014, 11:07Michael Rizzo ta’ Valletta jirbaħ l-unur tal-BOV Premier Division
L-Unur tal-Ewwel Diviżjoni jmur għand Sean Xerri de Caro ta’ Marsaxlokk
Il-Plejer ta’ Valletta United Michael Rizzo rebaħ l-unur tal-BOV Water Polo Plejer tax-Xahar tal-Premier Division għax-Xahar ta Lulju 2014 filwaqt li Sean Xerri de Caro ta’ Marsaxlokk rebaħ l-istess unur għall-ewwel diviżjoni.
B’Valletta jkollhom l-ewwel parteċipazzjoni fl-ogħla livell tal-Water Polo Malti f’numru ta’ snin, il-fatt li-plejer minn dan it-tim rebaħ l-ewwel unur individwali tal-istaġun juri it-titjib kbir li qed isir fl-iskwadra.
Rizzo skorja xejn inqas minn 10 gowls matul ix-xahar ta’ Lulju biex għen lill-Valletta jżommu l-bogħod mill-pożizzjoni ta’ relegazzjoni u jassikuraw posthom fil-BOV Premier League u jikkonsolidaw posthom fl-ogħla livell tal-Water Polo Malti.
Iż-Zagħzugħ Sean Xerri de Caro rebaħ l-ewwel unur personali fil-kampjonati tal-kbar. Il-plejer internazzjonali ta’ taħt id-19 il-sena qed jagħmel isem ghailh fl-ewwel diviżjoni u jniżżel ismu regolarment fil-lista ta’ gowls ta’ Marsaxlokk.
Stefan Abela mid-dipartiment tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Bank of Valletta pprezenta l-unuri tal-BOV Plejers tax-Xahar lir-rebbiehħa fil-preżenza ta Joe Caruana Curran, President tal-ASA
